Left arrow Go Back

ĠUNJU RREĠISTRA ĊIFRI POŻITTIVI B’ŻIEDA TA’ 5.4% FIL-WASLIET U TA’ 0.3% FL-ILJIELI F’LUKANDI U AKKOMODAZZJONIJIET KOLLETTIVI

pr141887
Date Icon 26/08/2014

Il-Ministru għat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis jilqa’ b’sodisfazzjon iċ-ċifri pożittivi ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika dwar l-Akkomodazzjoni Kollettiva fix-xahar ta’ Ġunju li għadda.

F’Ġunju li għadda ġiet reġistrata żieda ta’ 5.4% fil-wasliet u ta’ 0.3% fl-iljieli fl-lukandi u akkomodazzjonijiet kollettivi oħra meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena l-oħra. Lukandi ta’ 5 stilel kellhom tkabbir sostanzjali fin-numru ta’ wasliet, speċjalment dawk fil-Gżira Għawdxija.  F’Ġunju 2014, il-lukandi ta’ 5 stilel ġewwa Għawdex rreġistraw żieda ta’ aktar minn 15% fil-wasliet, ikkumparat ma’ Ġunju tal-2013.

Iċ-ċifri ta’ Ġunju li għadda huma konferma mill-ġdid ta’ riżultati pożittivi li ġew reġistrati matul it-tieni kwart ta’ din is-sena.  Il-Ministru għat-Turiżmu bi pjaċir jinnota li bejn April u Ġunju 2014, il-wasliet f’akkomodazzjonijiet kollettivi żdiedu bi kważi 9%, filwaqt li l-iljieli żdiedu bi kważi 4% meta kkumparat mal-istess xhur tas-sena 2013. In-numru tal-iljieli li qattgħu l-Maltin ġewwa akkomodazzjonijiet kollettivi f’dawn l-istess xhur, żdied b’aktar minn 8%.  Għawdex gawda ferm minn din iż-żieda, fejn irreġistra tkabbir ta’ kważi 18% f’iljieli mqatta’ minn Maltin bejn April u Ġunju ta’ din is-sena meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra, żied jgħid il-Ministru għat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis.

Żidiet ġew riflessi wkoll fit-turisti barranin, meta bejn April u Ġunju 2014 b’sodisfazzjon rajna tkabbir ta’ ’l fuq minn 9% fin-numru ta’ wasliet ta’ turisti barranin ġewwa akkomodazzjonijiet kollettivi meta kkumparat mal-istess xhur tal-2013.  Il-lukandi ta’ 5 u t’4 stilel kienu protagonisti f’din iż-żieda ta’ wasliet reġistrati, b’mod partikolari l-lukandi ta’ 5 stilel f’ Għawdex.  F’dan it-tieni kwart ta’ din is-sena, il-lukandi ta’ 5 stilel ġewwa Għawdex irreġistraw żieda ta’ kważi 15% f’wasliet minn turisti barranin meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena l-oħra.

Il-Ministru għat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis jgħid li dawn iċ-ċifri pożittivi jawguraw tajjeb ferm għall-industrija tal-akkomodazzjoni speċjalment fil-gżira Għawdxija.  Il-Ministru jinnota wkoll li dawn iċ-ċifri jikkonfermaw l-importanza tas-suq domestiku fis-settur turistiku u kif ukoll l-importanza lejn il-ħidma għall-aktar turiżmu ta’ kwalità lejn il-Gżejjer Maltin.  Dawn iċ-ċifri jkomplu jimlew lil dan il-Gvern b’kuraġġ sabiex ikompli jimpenja ruħu kif qiegħed jagħmel għall-aktar suċċessi fit-turiżmu li jġib aktar profittibilità għall-ekonomija Maltija u aktar impjiegi ta’ kwalità għall-poplu Malti, temm jgħid il-Minstru għat-Turiżmu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow