Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX, DR ANTON REFALO LTAQA’ MAL-FEDERAZZJONI GĦAWDXIJA PERSUNI B'DIŻABILITÀ (FGĦPD)

pr141884
Date Icon 26/08/2014

Il-Ministru għal Għawdex, Dr Anton Refalo ltaqa’ mal-Federazzjoni Għawdxija Persuni b'Diżabilità (FGĦPD). Din l-organizzazzjoni mhux governattiva li tiġbor fiha l-għaqdiet u l-entitajiet Għawdxin li jaħdmu fil-qasam tad-diżabilità f''Għawdex, twaqqfet f'Diċembru 2003 bi skop li jaħdmu id f'id għall-ġid tal-persuni b'diżabilità Għawdxin, partikolarment fuq issues komuni li jolqtu d-diżabilità f'Għawdex.

Fost il-proġetti prinċipali tal-FGĦPD insibu dak tal-uffiċċju tal-koordinatur tad-diżabilità għal Għawdex. Dan l-uffiċċju jservi bħala one-stop-shop għall-persuni b'diżabilità Għawdxin u l-familji tagħhom u joffrilhom kull għajnuna meħtieġa. Isiru wkoll korsijiet speċjalizzati għall-persuni b'diżabilità, laqgħat u konferenzi b'suġġetti relatati mad-diżabilità. Kull sena jsiru sessjonijiet mat- tfal tal-Year 6 fl-iskejjel primarji sabiex tinħoloq kuxjenża favur id-diżabilità.

Il-Ministru għal Għawdex, flimkien mal-għaqda ddiskutew temi importanti bħal Proġett 16+ li jindirizza l-problema ta’ studenti b’diżabilità li jispiċċaw l-edukazzjoni obbligatorja u li qed jispiċċaw id-dar. Għalhekk ġew diskussi proposti għall-proġett li jista’ jagħti soluzzjoni għal din il-problema. Punt ieħor diskuss kien dwar l-introduzzjoni tal-Special Olympics f'Għawdex. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow