INFORMAZZJONI GĦALL-VJAĠĠATURI DWAR IL-VIRUS TAL-EBOLA
Bħala miżura ta' prekawzjoni, biex jillimitaw espożizzjoni f’żoni milquta bil-virus tal-Ebola, l-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika jirrakkomandaw lill-pubbliku biex jevita vjaġġar mhux essenzjali lejn in-nazzjonijiet Afrikani tal-Punent: Ginea, Liberja, Sierra Leone u n-Niġerja.
Jekk l-ivvjaġġar għal dawn il-pajjiżi huwa inevitabbli, huwa rakkomandat :
• Evita kuntatt dirett ma' demm jew fluwidi tal-ġisem ta' persuni ħajjin jew mejtin jew oġġetti li jkunu possibilment infettati;
• Evita l-kuntatt mill-qrib ma' annimali selvaġġi u l-konsum ta' “bush meat”;
• Evita l-att sesswal mhux protett;
• Żomm iġjene personali
Jekk persuna kienet residenti f'żoni fejn każijiet tal-Ebola ġew irrappurtati reċentement, huwa rakkomandat li tikkuntattja l-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika fuq 2132 4086, mal-ewwel sinjali li jista’ jkun hemm jekk dan iseħħ wara li l-persuna tkun telqet mill-pajjiż infettat fi żmien 21 ġurnata. Is-sintomi jinkludu deni, uġigħ ta' ras, uġigħ fl-għadam, uġigħ fil-griżmejn, dijarea, rimettar, uġigħ fl-istonku, raxx, għajnejn ħomor, u f'xi każijiet telf ta’ demm.
Il-pubbliku qed jiġi mgħarraf dwar dan permezz ta' programmi fuq il-media, kemm televiżjoni u radju, informazzjoni fuq il-media soċjali u permezz ta' posters mqassma fil-kliniki, ċentri tas-saħħa u spiżeriji.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jagħmel kuntatt mad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard fuq 2132 4086.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en