Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU JILQA’ BI PJAĊIR IL-ĦATRA TAS-SUR MATTHEW PACE BĦALA PRESIDENT TAL-ASSOĊJAZZJONI MALTIJA TAL-LUKANDIERA U R-RESTORANTI

pr141881
Date Icon 25/08/2014

Il-Ministru għat-Turiżmu Dr Edward Zammit Lewis jilqa’ bi pjaċir il-ħatra tas-Sur Matthew Pace bħala President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandiera u r-Restoranti (MHRA).

Is-Sur Pace huwa s-suċċessur tas-Sur Paul Bugeja li ftit tal-jiem ilu ġie kkonfermat b’vot unaminu mill-bord tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex imexxi l-istess Awtorità.

Il-Ministru Zammit Lewis qal li s-Sur Pace għandu l-kwalitajiet  u l-esperjenza fis-settur biex imexxi l-akbar organizazzjoni non-governattiva fis-settur tat-Turiżmu. Il-Ministru iħares ’il quddiem lejn aktar koperazzjoni kemm mas-Sur Matthew Pace kif ukoll mal-Assoċjazzjoni b’risq is-settur turistiku li hu pilastru tal-ekonomija Maltija u li minnu jibbenefika kullħadd.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow