Left arrow Go Back

IL-PARK TAL-FAMILJA F’WIED IL-GĦAJN: IL-KABINETT JIDDEĊIEDI B’IMPENN FAVUR IL-FAMILJI - IL-MINISTRU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA LEO BRINCAT

pr141880
Date Icon 25/08/2014

Fl-aħħar laqgħa tal-Kabinett li saret bħal għada ġimgħa, ġie deċiż li fil-ġejjieni qrib għandhom  jinħarġu, bl-aktar mod trasparenti, sejħiet għall-offerti għall-kiri ta’  għadd ta’ faċilitajiet ġodda fil-Park tal-Familja ta’ Wied il-Għajn.

Dan sabiex il-konsumatur ikollu għażla akbar u s-settur privat ikun jista’ jgawdi minn spazju aktar wiesgħa wkoll.

Dan qalu l-Ministru Leo Brincat meta dalgħodu indirizza konferenza tal-aħbarijiet fil-Park tal-Familja stess, fejn fisser li f’Mejju li għadda kienet għalqet espressjoni ta’ interess li saret bil-għan waħdieni biex jiġi stabbilit jekk kinux lesti jitressqu ideat ġodda, b’żieda ma’ dawk identifikati mill-Gvern, għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ partijiet mill-Park tal-Familja.

B’kollox kien hemm 16-il sottomissjoni minn 14-il parti interessata. Dawn ġew evalwati minn Review Team maħtur mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti.

Wara li jsiru konsultazzjonijiet xierqa mad-Dipartiment tal-Artijiet u mal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej, minħabba li ċerti partijiet tal-Park li huma ffinanzjati minn fondi Ewropej, il-Gvern se joħroġ għall-kiri faċilitajiet f’għadd ta’ żoni speċifiċi. Dawn jinkludu:

• L-ISTALEL –  fejn l-aċċess tal-pubbliku se jibqa’ bla ħlas u n-nies iħallsu biss għas-sevizzi ekwestri;
• ROCK CLIMBING – kiri tal-faċilitajiet u tal-apparat għar-rock climbing;
• RESTAURANT AREA U TEA ROOMS – Dawn se jkunu suġġetti għall-permessi meħtieġa tal-MEPA. Filwaqt li l-operatur se jkun responsabbli għall-manutenzjoni tal-faċilitajiet tat-toilets, l-aċċess għalihom se jibqa’ bla ħlas;
• IŻ-ŻONA ĦDEJN IL-KAPPELLA – Din se tkun ristretta għall-attivitajiet okkażjonali u possibilment ikunu jistgħu jittellgħu tined (marquees) temporanji. Il-kumplament tal-aċċess se jibqa’ bla mittiefes bħal fil-każ tal-Park ta’ Ta’ Qali;
• FARM AREA (ANIMAL AREA) – Din se tkun opportunità għal min jitfa’ l-offerti tiegħu biex iżomm l-annimali tiegħu f’limiti li ma jxekklux l-aċċess viżiv preżenti. Se jkun hemm possibilità ta’ Pony Rides u kollox irid isir skont il-parametri tad-Dipartiment tal-Animal Welfare;
• PILLBOX SITE AMPHITHEATRE – Dawn iż-żoni jistgħu jinkrew għal produzzjonijiet lokali bil-Pillbox Site tintuża anki għal refreshments ħfief. L-aċċess għall-pubbliku ma jkunx ristrett iżda min jikri l-faċilitajiet għal xi okkażjoni jkun jista’ jbiegħ il-biljetti ‘seated’;
• AGRI CENTRE – Il-viżitaturi jidħlu bla ħlas, iżda min jieħu sehem f’xi avveniment ikun mistenni jħallas.

AĊĊESS ĦIELES U BLA ĦLAS GĦALL-PUBBLIKU:

Il-pubbliku se jibqa’ jkollu aċċess ħieles u bla ħlas għall dawn il-faċilitajiet :

PARKING
TOILET FACILITIES
GARDEN AREAS
MAZE AREAS
CASTLE AREA
OUTDOOR GYM
QUIET AREA
TODDLERS’ AREA
CHILDREN’S PLAY AREA (5-12-il Sena)
WATER FEATURE
PICNIC AREAS
ROCKY OUTCROP
PASSAĠĠI, BANKIJIET, EĊĊ
DOG PARK

Sadanittant, il-Gvern ma ħassx li kellu jilqa’ xi proposti ġodda li saru minħabba nuqqas ta’ dettalji kif ukoll minħabba problemi loġistiċi u ta’ sigurtà, speċjalment għal tfal żgħar.

Il-Gvern għażel li jibqa’ għaddej bil-proċess tal-ħruġ tal-offerti u ma jikkunsidrax proposta għal child care centre f’dan l-istadju, speċjalment billi min għamel is-suġġeriment ma pprovda ebda dettalji loġistiċi dwar is-sit għal din l-attività. Madankollu, il-proposta ma ġietx abbandunata għal kollox.

Proposta oħra għal faċilitajiet tal-logħob tal-POLO ġiet abbandunata minħabba s-sigurtà tat-tfal żgħar li jkunu qrib l-istalel fil-viċin.

Il-kirjiet se jsiru b’konsultazzjoni mal-GPD – Government Property Department -  skont l-prattiċi tal-Estate Management tal-Gvern.

Il-proċess tal-offerti se jitmexxa mill-Ministeru b’ kollaborazzjoni mal-GPD u mal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej.

It-terminu tal-kirjiet se jvarja skont iż-żoni u l-areas individwali.

Huwa l-ħsieb tal-Gvern li d-dħul mill-kirjiet imur għand il-Marsascala Park Management sabiex ikopri parti mill-ispejjeż tal-manutenzjoni tal-Park stess.

Sadanittant, għalkemm il-faċilitajiet sportivi għall-Marsascala Football Club mhumiex se jiġu inklużi fis-sejħa għall-offerti, it-taħdidiet bejn il-Ministeru, il-klabb u s-Segretarjat Parlamentari għall-Isports u Żgħażagħ,  biex dawn igawdu mill-faċilitajiet tal-Park tal-Familja,  jinsabu fi stadju avvanzat u se jkomplu sakemm jiġi identifikat sit xieraq, flimkien mal-GPD, għall-ħtiġijiet tal-klabb li jkun konformi mal-Business Plan tal-Family Park. Dan, idealment, mingħajr ma jiġu mittiefsa l-Open Areas tal-Park.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow