IMĦABBRA L-IMPENJI TAŻ-ŻJARA TAL-ALTEZZA RJALI TAGĦHA, D-DUKESSA TA’ CAMBRIDGE, F’PAJJIŻNA FL-OKKAŻJONI TAL-50 ANNIVERSARJU TA’ JUM L-INDIPENDENZA
L-Altezza Rjali Tagħha, d-Dukessa ta’ Cambridge se tasal f’pajjiżna s-Sibt 20 ta’ Settembru wara nofs in-nhar fuq titjira tal-Air Malta.
L-impenji uffiċjali tad-Dukessa ta’ Cambridge jibdew immedjatament wara l-wasla tagħha, permezz ta’ laqgħha mal-President tar-Repubblika l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca. Il-laqgħa ssir fil-Palazz ta’ San Anton.
Minn San Anton, l-impenji tal-Altezza Rjali Tagħha jkomplu fil-Belt Valletta. L-ewwel impenn fil-Belt Valletta se jkun laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat u mas-sinjura Muscat fil-Berġa ta’ Kastilja. Wara din il-laqgħa d-Dukessa ta’ Cambridge se tasal fi Pjazza San Ġorġ fejn se ssegwi spettaklu ta’ natura storika imtella’ mill-In Guardia. Minn Pjazza San Ġorġ hija timxi għall-Biblijoteka Nazzjonali fejn se jkun hemm esebiti numru ta’ dokumenti minn epoki differenti li jixhdu r-rabtiet storiżi twal li jeżistu bejn iż-żewġ pajjiżi kif ukoll il-George Cross.
Iktar tard filgħaxija imbagħad id-Dukessa ta’ Cambridge tkun il-mistiedna tal-Prim Ministru u tas-sinjura Muscat waqt riċeviment fil-Barrakka ta’ Fuq fl-okkazzjoni tal-50 anniversarju ta’ Jum l-Indipendenza.
Il-Ħadd 21 ta’ Settembru l-ewwel impenn tal-Altezza Rjali Tagħha tkun il-quddiesa pontifikali fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza fil-Kon Kattidral ta’ San Gwann, fejn wara se jkollha wkoll l-opportunità li żżur il-pitturi ta’ Caravaggio.
Wara nofs in-nhar tagħmel żjara fiċ-ċentru AĊĊESS fil-Birgu fejn tiltaqa’ ma’ numru ta’ żgħażagħ. Iktar tard tasal fil-Pjazza tal-Birgu fejn issegwi spettaklu ta’ folklor li se jkun għaddej. Wara żjara fil-Knisja ta’ San Lawrenz, id-Dukessa ta’ Cambridge se tagħmel vjaġġ madwar il-Port il-Kbir fuq dgħajsa. L-aħħar imepenn ikun riċeviment fir-residenza tal-Kummissarju Għoli Ingliż għal Malta.
L-Altezza Rjali Tagħha tħalli Malta l-Ħadd 21 ta’ Settembru wara nofs in-nhar, fuq titjira tal-Air Malta.
Iktar dettalji jitħabbru fil-jiem li ġejjin.
L-impenji taż-żjara huma dawn :-
Is-Sibt, 20 ta’ Settembru
Laqgħa mal-President tar-Repubblika, l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca, fil-Palazz ta’ San Anton
Laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat u mas-sinjura Muscat, fil-Berġa ta’ Kastilja
Waqfa fi Pjazza San Ġorġ fejn issegwi spettaklu tal-In Guardia
Żjara fil-Biblijoteka Nazzjonali
Mistiedna għal riċeviment organizzat mill-Prim Ministru Joseph Muscat u mis-sinjura Muscat, fil-Barrakka ta’ Fuq
Il-Ħadd, 21 ta’ Settembru
Tattendi għall-quddiesa pontifikali fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza, fil-Kon Kattidral ta’ San Gwann u wara żżur il-pitturi ta’ Caravggio
Żjara fiċ-ċentru AĊĊESS, fil-Birgu
Waqfa fil-Pjazza tal-Birgu fejn issegwi speattklu ta’ folklor
Vjaġġ fil-Port il-Kbir
Mistiedna għal riċeviment fir-residenza tal-Kummissarju Għoli Ingliż għal Malta
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en