Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU

pr141869
Date Icon 21/08/2014

Il-Banda  tal-Forzi Armati ta’ Malta,  bl-appoġġ tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, flimkien mal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u l-Ministeru għat-Turiżmu, ħadu sehem għall-ewwel darba fir-Royal Edinburgh Military Tattoo fl-Iskozja, li huwa avveniment ta’ fama mondjali.

Il-kontinġent Malti kien kompost minn 45 bandist u 8 żeffiena mill-kumpanija ta’ żfin Elipsis Dancers. Il-wirja, minbarra n-numri esegwiti mill-Banda tal-FAM, kienet ukoll tinkludi korjografija miż-żeffiena Maltin u proġettazzjoni mal-faċċata majestuża tal-Kastell ta’ Edinburgh, b’simboli relatati ma’ Malta, fost l-oħrajn is-Salib ta’ Malta u motivi tal-Bizzilla ta’ Malta. Il-wirja tal-kontinġent Malti kienet milqugħa ferm tajjeb minn dawk preżenti. Kienet ferm impressjonanti meta l-fanfara tar-Royal Marines taw salut uniku lill-kontinġent Malti mal-ħruġ mill-arena.

Għal 23 jum il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta flimkien maż-żeffiena Maltin, taw wirjiet spettakolari quddiem folla ta’ mhux anqas minn 9,500 ruħ kuljum. Huwa stmat li sa tmiem l-edizzjoni ta’ din is-sena se jkunu marru jarawha 230,000 ruħ. L-organizzaturi qalu li kif tintemm l-edizzjoni ta’ din is-sena se tintwera fuq it-televiżjoni fuq diversi stazzjonijiet madwar id-dinja u huwa mistenni li jarawha madwar biljun ruħ. Ċertament din hija promozzjoni b’saħħitha għall-pajjiżna.

Delegazzjoni Maltija komposta miċ-Chairman  tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Uffiċjali għolja tal-FAM u l-Ministeri rispettivi, kienet mistiedna għas-serata tal-Erbgħa filgħaxija. Saru wkoll laqgħat biex jiġu skoperti possibbiltajiet oħra mhux biss għal parteċipazzjoni fl-edizzjonijiet futuri, iżda wkoll għall-promozzjoni ta’ Malta f’dawn l-avvenimenti.

Il-Ministru Manuel Mallia feraħ lill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta li għamlet ġieħ lil pajjiżna. “Din kienet okkażjoni oħra fejn il-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta għamlu unur lil pajjiżna,” tenna l-Ministru Mallia.

Il-Ministru Edward Zammit Lewis, meta mitlub jikkumenta dwar dan l-avveniment qal “li huwa ferm importanti li nappoġġjaw lit-talent Malti u fl-istess ħin nħarsu lejn dawn it-tip ta’ avvenimenti biex inkomplu nifirxu promozzjoni għad-destinazzjoni Maltija.”

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow