Left arrow Go Back

JIBDA X-XOGĦOL TA’ RESTAWR FUQ L-ISTATWA TAS-SALVATUR LIMITI TA’ MARSALFORN, GĦAWDEX

pr141861
Date Icon 20/08/2014

Il-Ministru  għal Għawdex Anton Refalo illum għamel żjara  fuq il-proċess  ta’ restawr li beda llum stess  fuq l-istatwa tas-Salvatur limiti ta’ Marsalforn.   Il-proċess ta’ restawr ser jikkonsisti li   jintrema scaffolding sabiex ikun jista jsir ix-xogħol fuq l-istess statwa. Ser jitneħħa il-fibre glass eżistenti li qiegħed jitqaxxar.  Ser jiġu restawrati l-partijiet neqsin speċjalment  madwar ir-ras tal-istess statwa minħabba li xi snin ilu din ġiet milquta minn sajjetta.  Ser jerġa jinkesa bil-fibre glass  u b’gel coat  sabiex tiġi protetta l-istruttura mill-elementi u għalhekk jiġi evitat li ssir aktar ħsara lil din l-istess statwa.  Ser issir ukoll sistema ta’ dwal li ser tkun taħdem permezz ta’ pannelli fotovoltajici biex din l-istatwa tista’ titgawda ukoll anke matul il-lejl.

Dan ix-xogħol mistenni li ser jieħu madwar xahar u ser isir mill-Ministeru għal Għawdex mid-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp. Il-Ministeru Anton Refalo rringrazzja lill-Forzi Armati ta’ Malti, lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, lill-Korp tal-Pulizija u lil Wirt Għawdex tal-għajnuna u l-koperazzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow