MEKKANIŻMU ĠDID GĦALL-ILMENTI FUQ DJAR TAL-ANZJANI
Fiż-żmien li ġej is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva ser ikun qiegħed joħloq mekkaniżmu ġdid għall-ilmenti fuq Residenzi għall-Anzjani.
Is-Segretarjat ser ikun qiegħed joħloq email address ġdid speċifiku għal dawn il-każijiet, apparti li ser tinħoloq ukoll linja fissa tat-telefon speċifika għal dawn il-kazijiet. It-tim responsabbli minn dawn il-faċilitajiet ser ikun qiegħed jieħu nota ta’ dawn l-ilmenti u ser ikun qiegħed jgħaddihom direttament lill-persuni kkonċernati. Dan it-tim ser ikun qiegħed jikkompila rapport iddettaljat tax-xogħol li hemm bżonn isir f’kull dar rispettiva.
Dan huwa parti mix-xogħol tal-Gvern biex itejjeb il-Kura għall-Anzjani, konforma mal-Istandards Minimi Nazzjonali għar-Residenzi għal Djar tal-Anzjani.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en