Left arrow Go Back

L-ISTUDENTI TAL-LUM – IX-XJENTISTI U L-AMBJENTALISTI TA' GĦADA

pr141858
Date Icon 19/08/2014

L-isponsorship tal-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima għall-Malta Student Science Forum tal-National Student Travel Foundation (NSTF) huwa l-aktar mod prattiku kif dan il-Ministeru qed jagħti xhieda ħajja tal-impenn tiegħu favur dawk li ħadu sehem f'dan il-forum.

Għaliex ikun qed jibgħat, kif bagħat diġà u biħsiebu jkompli jibgħat fis-snin li ġejjin, sinjal ċar li għandu fiduċja u tama sħiħa li l-istudenti tal-lum sejrin ikunu x-xjentisti u l-ambjentalisti ta' għada.

Dan qalu l-Ministru Leo Brincat meta ltaqa’ mal-istudenti li rebħu l-Malta Student Science Forum tal-NSTF, li pparteċipaw fil-25th International Wildlife Research Week 2014 fl-Iżvizzera. Huma wkoll ppreżentaw lill-Ministru Brincat b’rapport qasir dwar l-esperjenza tagħhom waqt din iż-żjara edukattiva barra l-pajjiż.

Leo Brincat qal li, min-nies milqutin pożittivament mid-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-pajjiż, dawn l-istudenti għad iridu jkunu jagħmlu parti mill-ġenerazzjoni responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet ewlenin f'pajjiżna.

Il-Ministru Brincat tenna li bl-entużjażmu biss il-pajjiż ma jistax jimxi ’l quddiem iżda sabiex ikun jista jilqa’ l-isfidi tal-ġejjieni għandu bżonn urġenti ta' nies imħarrġin professjonalment f'diversi oqsma ta’ speċjalizzazzjoni fosthom dak ambjentali.

Preżenti wkoll kien hemm is-Segretarju Ġenerali tal-NSTF Francis Stivala u l-NSTF Science Coordinator Karl Agius.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow