Left arrow Go Back

IL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT SE JNIEDI KONSULTAZZJONI WIESGĦA DWAR IL-JUNK MAIL

pr141853
Date Icon 18/08/2014

Meta kien qed jindirizza attivitá tal-WasteServ Malta dwar l-iskema ‘Iġbor u Irbaħ bil-Fliexken u l-Bozoz’ il-Ministru Leo Brincat qal li l-pjan nazzjonali dwar l-immaniġġjar tal-iskart jitkellem ċar dwar il-ħtieġa li tiġi indirizzata l-problema tal-junk mail wara li ssir konsultazzjoni pubblika li tinkludi l-istakeholders kollha, kwistjoni li tħalliet fuq l-ixkaffa għal bosta snin iżda li tolqot tant residenzi direttament.

Dan aktar u aktar għaliex sa llum ma jeżisti ebda qafas regolatorju għal dan il-għan.

Il-Ministru Brincat qal li apparti mir-riċiklaġġ tal-iskart huwa dmir ta' kull Gvern li jikkunsidra miżuri dwar kif saħansitra jista’ jnaqqas l-iskart iġġenerat f'pajjiżna.

Il-Ministru Brincat qal li dan il-Gvern lest li jisma l-partijiet kollha kkonċernati mis-soċjetá ċivili u dawk li għandhom interess ekonomiku fis-settur tal-junk mail fi żmien li se jitħabbar aktar tard. Il-Gvern ta' qabel kien l-ewwel introduċa miżura fil-Budget 2009 biex jindirizza jew itaffi din il-problema biex wara ftit kien mar on record jammetti  formalment  li l-proposta tieghu stess  tal- Budget 2009 kienet ġiet saħansitra abbandunata.

Għall-kuntrarju dan il-Gvern se jisma’, jiżen il-fehmiet kollha, jippjana u jwettaq bil-galbu.

Il-Ministru Brincat qal li l-Gvern huwa kommess li mhux biss isaħħaħ ir-riċiklaġġ tal-iskart fil-pajjiż iżda wkoll li jnaqqas il-volum tal-iskart iġġenerat ħalli b’hekk l-immaniġġjar tal-iskart ikun qed jiġi ndirizzat fl-aktar mod proattiv. Il-Gvern huwa daqstant ieħor impenjat li jindirizza bl-aktar mod effettiv l-iskart perikoluż.

Il-ħidma tal-WasteServ f’din id-direzzjoni turi li din il-kumpanija strateġika qed tmexxi bl-eżempju anki f’dawn l-oqsma vitali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow