Left arrow Go Back

IL-JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ IĊĊELEBRAT PERMEZZ TAL-ISPORT FIL-BAJJA TAL-MELLIEĦA

pr141839
Date Icon 14/08/2014

Il-Bajja tal-Mellieħa, nhar it-Tlieta filgħaxija inbidlet f’ambjent sportiv sabiex jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.  Din l-attività, li saret għall-ewwel darba, kienet organizzata bil-kollaborazzjoni bejn is-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport permezz ta’ Aġenzija Żgħażagħ u l-Kumitat Olimpiku Malti.  Għalkemm it-tema tan-nazzjonijiet uniti għal din is-sena kienet is-saħħa mentali, dawn iż-żewġ entitajiet ħasbu illi jieħdu t-tema b’għajn differenti.  Filfatt involvew l-isport għaliex huwa wieħed mill-għodda sabiex titjieb is-saħħa mentali.  Huwa fatt magħruf li waqt l-attività fiżika jinħelsu kemikali fil-moħħ, hekk msejħa endorphins, li jġagħlu lill-bniedem iħossu aħjar filwaqt li jbiegħed id-dipressjoni.  Għall-Kumitat Olimpiku Malti din kienet l-ewwel attività ta’ sports for all.

L-attività attirat bosta żgħażagħ li kellhom l-opportunità jduqu sports li jiġu prattikati fuq ir-ramel.  Fost l-isport li wieħed seta’ jieħu sehem fih kien hemm il-beach soccer, beach volleyball, beach golf, beach handball, badminton, u netball.  Kien hemm wkoll sessjonijiet ta’ Zumba,  kif ukoll show tal-Body Building.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius żar din l-attività u f’atmosfera anqas riġida minn tas-soltu seta’ jitkellem mhux biss mal-uffiċċjali tal-Kumitat Olimpiku Malti, l-Aġenzija Żgħażagħ u l-EUPA imma speċjalment maż-żgħażagħ li għoġobhom jilqgħu l-istedina u jiċċelebraw il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ flimkien fil-Mellieħa.  Preżenti wkoll għall-attività kien hemm David Agius f’isem l-oppożizzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow