Left arrow Go Back

​“IL-GŻIRA T’GĦAWDEX GĦANDHA RWOL EWLIENI FIS-SETTUR TURISTIKU TA’ PAJJIŻNA”

pr141837
Date Icon 13/08/2014

Il-gżira t’Għawdex għandha rwol ewlieni fis-settur turistiku ta’ pajjiżna, li huwa wkoll sors importanti ħafna għat-tkabbir ekonomiku t’Għawdex innifsu. Huwa settur li imħaddem tajjeb, iħalli multiplier effect kbir.

Din il-gżira fl-uniċità tagħha, toffri prodott turistiku distint li jippermetti li l-gżira tiġi promossa bħala destinazzjoni turistika fiha nnifisha. Karatteristiċi uniċi tal-gżira Għawdxija bħall-identità kulturali, l-ambjent u l-pajsaġġ rurali huma fatturi li jagħmlu din il-gżira differenti. Il-Ministeru għal Għawdex qed jaħdem bi sħiħ biex lil din il-gżira joffrilha inizjattivi innovattivi li jiffukaw fuq l-elementi uniċi tagħha. Il-ħidma tal-Gvern hija ffukata biex tingħata promozzjoni effettiva li għandha twassal sabiex iktar turisti jiġu mħajra biex jaqsmu lejn Għawdex waqt iż-żjara tagħhom fil-gżejjer Maltin; li dawn l-istess turisti jqattgħu iktar iljieli f’Għawdex; u sabiex jiġu attirati turisti speċifikament fil-ġżira Għawdxija.

Minn ċifri uffiċjali, maħruġin mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, jirriżulta li n-numru ta’ turisti u viżitaturi li jżuru Għawdex qiegħed dejjem jiżdied. Fl-2012 l-ammont ta’ viżitaturi kien 872,664; fl-2013 kien 993,712 u indikazzjonijiet mhux uffiċċjali għall-2014 juru li anke din is-sena se jkun hemm żieda oħra. Fis-sena 2013, 10,175 turisti raqdu lejl wieħed filwaqt li 137,425 turisti qagħdu iktar minn lejl wieħed f’Għawdex. 2,482 turisti żaru lil Għawdex bil-cruise liners. F'dan iż-żmien tas-sena x-xogħol relatat mat-turiżmu, specjalment fejn jidħlu bookings tal-lukandi, fil-gżira t'Għawdex qed jindika riżultati ferm tajbin. Filwaqt li n-numru ta’ turisti li jżuru Għawdex fis-sajf huwa inkoraġġanti, il-Gvern qed jaħdem biex jespandi l-istaġun turistiku, speċjalment bejn Novembru u April. Dan jista’ jsir billi jiġu żviluppati niċeċ partikolari, bħal dawk ta’ laqgħat, konferenzi, u events. Dan huwa settur li għandu potenzjal qawwi.

Fil-Ministeru għal Għawdex qed issir ħidma kontinwa biex nixprunaw lil Għawdex u nagħmluh dejjem iktar attraenti kemm għalina l-Għawdxin stess kif ukoll għal dawn il-Maltin u barranin li jogħġobhom iżuru lil Għawdex matul is-sena kollha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow