IL-GVERN ISELLEM IL-MEMORJA TAL-PRIM IMĦALLEF EMERITUS HUGH W. HARDING
Għadha kif tħabbret il-mewt tal-Prim Imħallef Emeritus il-Professur Hugh W. Harding, fl-età ta’ 88 sena.
Il-Prim Imħallef Emeritus Hugh Harding jibqa’ mfakkar bħala ġudikant ta’ integrità u serjetà li dejjem ħadem favur it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt. Il-Prof. Harding inħatar Imħallef fl-1980 u mbagħad Prim Imħallef seba’ snin wara.
Il-Prim Imħallef Harding jibqa’ wkoll magħruf għax-xogħol li wettaq bħala avukat tat-Tarznari qabel ma sar Imħallef u għall-istudji storiko-legali li wettaq fiż-żmien li għamel jgħallem u jirriċerka fl-Istorja tal-Legiżlazzjoni fl-Università ta’ Malta.
Tħabbar ukoll li s-Sinjura Marian Harding, il-mara tal-Prim Imħallef Emeritus Harding, mietet fil-ġurnata ta’ qabel.
Il-Gvern jestendi l-kondoljanzi tiegħu lill-familja kollha.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en