STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
Għandna nitgħallmu mill-passat u nippromovu l-paċi
Waqt il-kommemorazzjoni tat-72 anniversarju mill-operazzjoni ta’ għajnuna lejn Malta mill-Ingilterra, magħrufa mal-Maltin bħala l-Konvoj ta’ Santa Marija, il-President Marie-Louise Coleiro Preca qalet li kommemorazzjonijiet bħal dawn għandhom isaħħuna biex nippromovu l-paċi u l-istabbilità. Hija qalet li d-djalogu bejn in-nazzjonijiet huwa l-uniku mezz li jġib ftehim u għaqda, u li tagħmel daqshekk differenza fil-ħajja tan-nies.
Il-President Coleiro Preca rreferiet għall-instabbilità fl-Ukraina, fin-Niġerja, f’Gaża, fl-Iraq kif ukoll fil-Libja u s-Sirja.
F’mumenti bħal dawn, temmet tgħid il-President, għandna nitgħallmu mill-passat u nkomplu naħdmu biex pajjiżna, permess tar-rwol strateġiku importanti tiegħu, jkun katalist għal djalogu bejn il-ġnus b’risq il-paċi u l-istabbilità fil-Mediterran u fid-dinja kollha.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en