STQARRIJA KONĠUNTA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU
L-impatt ekonomiku tal-produzzjoni Amerikana By the Sea se jkun qed iħalli impatt ekonomiku kbir għal Għawdex u għall-Għawdxin, li hu stmat li ser jiġġenera miljuni.
Malta u Għawdex qed jiġġeneraw interess kbir fil-medja internazzjonali u dan se jħalli effett pożittiv ukoll fuq it-turiżmu f’pajjiżna. Fix-xhur li għaddew l-industrija tal-films ħadet spinta ’l quddiem. Kumpaniji internazzjonali qed jinvestu miljuni ta’ ewro f’Malta u Għawdex u fl-istess ħin joħolqu mijiet ta’ postijiet ta’ xogħol.
Dan l-impatt ekonomiku qawwi u x-xogħol li joħloq ma jistax ikun possibbli mingħajr il-koperazzjoni tal-pubbliku, minħabba l-għeluq għal xi żmien ta’ Imġarr ix-Xini li se tkun is-sit li tirrappreżenta lil Għawdex u lil Malta waqt il-ġbid ta’ din il-produzzjoni kbira. Il-Bajja fl-Imġarr ix-Xini f’Għawdex u ż-żona tal-madwar se jkunu magħluqa għall-pubbliku min-nhar it-Tnejn 18 ta’ Awwissu sat-Tnejn 10 ta’ Novembru 2014.
Il-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali flimkien mal-Ministeru tat-Turiżmu jixtiequ jirringrazzjaw mill-quddiem tal-koperazzjoni tal-pubbliku, l-entitajiet varji u l-Kunsilli Lokali konċernati.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en