IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA TILTAQA’ MAL-MEXXEJJA TAD-DJAR TAL-ANZJANI TA’ MALTA
Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva organizza r-raba’ minn sensiela ta’ konsultazzjonijiet li qegħdin isiru biex jiġu mfassla Standards Minimi Nazzjonali għad-Djar tal-Anzjani f’Malta
Il-Konsultazzjoni organizzata mis-Segretarjat Parlamentari kienet laqgħa fir-residenza San Vinċenz mal-kapijiet u t-tmexxija tad-djar tal-anzjani tal-gvern, djar privati u tal-knisja li għandhom kuntratti mal-gvern dwar xiri ta sodod.
Dr Caruana tkellmet dwar il-ħtieġa li l-anzjani tagħna jieħdu servizz ta’ kwalità u mhux ser jiġu tollerati nuqqasijiet fl-għoti tas-servizz. Hija qalet kif hi personalment tirċievi diversi lmenti. Dawn jiġu investigati mal-ewwel u għalhekk il-biċċa l-kbira ta' dak li għandu jsir, iseħħ b'mod immedjat. Fakkret kif il-Gvern qed iħallas flejjes kbar fl-għoti tas-servizz lill-anzjani u allura s-sevizz għandu jkun mhux biss tajjeb imma wkoll tal-ogħla livell.
Hija tenniet li ser tkun viġilanti fuq dawk id-djar li qed ikun hemm ilmenti dwarhom, filwaqt li faħħret lil dawk li qed jagħtu servizz tajjeb u denju. L-istandards iridu uniformità fl-għoti tas-servizz u għalhekk kull dar f’pajjiżna għandha timxi skont dawn l-istandards li se jiġu fis-seħħ dalwaqt.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en