Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

pr141823
Date Icon 11/08/2014

Imniedi proġett ieħor iffinanzjat mill-Premju tal-President għall-Kreattività

Waqt it-tnedija tal-Artistic Embellishment on Wheels organizzat miċ-Ċentru Aċċess tal-Qawra, il-President Marie-Louise Coleiro Preca ddeskriviet dan il-proġett bħala mudell li fuqu għandha timxi s-soċjetà Maltija biex tassew tkun qed tħaddan l-integrazzjoni. Embellishment on Wheels organizzat miċ-Ċentru Aċċess tal-Qawra, il-President Marie-Louise Coleiro Preca ddeskriviet dan il-proġett bħala mudell li fuqu għandha timxi s-soċjetà Maltija biex tassew tkun qed tħaddan l-integrazzjoni.

Dan hekk kif il-proġett, li ġie ffinanzjat mill-Premju tal-President għall-Kreattività, qanqal sens ta’ responsabilità fost il-komunità ta’ San Pawl il-Baħar. Il-komunità ħadet ħsieb aħjar tal-ambjent madwarha b’diversi modi, fosthom permezz ta’ riċiklar ta’ tyres li ntużaw bħala kontenituri tal-pjanti.

Dan il-proċess inkluda l-involviment tal-komunità kollha inkluż l-anzjani u t-tfal. Il-President Coleiro Preca ddeskriviet dan bħala importanti ħafna għax dawn l-attivitajiet inter-ġenerazzjonali u inter-kulturali jgħinu fil-proċess tal-integrazzjoni.

Madankollu, saħqet il-President Coleiro Preca, l-integrazzjoni ma tistax tiġi min-naħa waħda biss, iżda jrid ikun hemm ir-rieda minn dawk li jkunu jridu jiġu integrati, billi fost l-oħrajn jitgħallmu l-lingwa Maltija u jifhmu l-kultura u d-drawwiet tal-poplu Malti u Għawdxi.

Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia qal li tul dawn l-aħħar ġimgħat kellu l-opportunità li jattendi għal diversi attivitajiet organizzati miċ-Ċentru Aċċess tal-Qawra.

Huwa qal illi dawn l-attivitajiet juru biċ-ċar li l-opportunitajiet qed jinbidlu f’successi. Il-Ministru Farrugia sostna li huwa grazzi għad-determinazzjoni li jinkisbu ir-riżultati.

Matul l-attività tat-Tnejn filgħodu l-Ministru Farrugia semma kif f’dawn l-aħħar xhur kompliet tiżdied ir-rieda għal aktar xogħol fil-komunità.  Permezz ta’ wieħed mill-proġetti, LEAP, matul is-sena 2014 u sena 2015 se jkomplu jikbru u jiżdiedu s-servizzi fi ħdan il-komunità.

“Ma’ dawn hemm aktar inizzjativi effiċjenti li ser ikunu qed jitħabbru fiż-żmien li ġej,” temm jgħid il-Ministru Michael Farrugia.

Fi tmiem l-attività, it-tfal li pparteċipaw fil-Kids Scene Summer Project 2014 ingħataw ċertifikat mill-President Marie-Louise Coleiro Preca.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow