IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA TATTENDI GĦAL KONSULTAZZJONI MAR-RESIDENTI TA’ DAR PRIVATA TAL-ANZJANI
pr141815
10/08/2014
Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva illum organizza t-tielet minn sensiela ta’ konsultazzjonijiet li qegħdin isiru biex jiġu imfassla standards minimi nazzjonali għad-Djar tal-Anzjani f’Malta.
Il-Konsultazzjoni organizzata llum mis-Segretarjat Parlamentari kienet laqgħa mar-residenti ta’ dar privata f’Għawdex, Villa San Lawrenz.
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana tkellmet mar-residenti ta’ din id-dar u saħqet dwar l-importanza li r-residenti jagħtu sehemhom f’dawn il-konsultazzjonijiet, għax wara kollox ser ikunu standards magħmulin għal-ġid tar-residenti stess.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en