Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI CHRIS AGIUS JIDDISKUTI MAŻ-ŻGĦAŻAGĦ WAQT LIVE-IN ORGANIZZAT MILL-KNŻ

pr141812
Date Icon 08/08/2014

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius ħa sehem f’sessjoni ta’ diskussjoni waqt l-ewwel ġurnata ta’ live-in organizzat mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ għall-parteċipanti tal-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ.  Il-live-in huwa fuq tlett ijiem u qed isir f’Villa Psaigon Ħad-Dingli.  It-tema prinċipali waqt id-diskussjoni bejn iż-żgħażagħ u s-Segretarju Parlamentari kienet l-Edukazzjoni, l-aktar dwar idejat ġodda fl-edukazzjoni f’pajjiżna fosthom il-banding, l-co-ed u s-suġġetti li wieħed jista’ jagħżel biex jistudja.


Waqt id-diskussjoni s-Segretarju Parlamentari saħaq fuq l-importanza li wieħed jistudja mhux biss suġġetti kurrikulari imma li jinvolvi ruħu f’attivitajiet extra-kurrikulari li jgħinu liż-żgħażagħ itejbu ħiliet li ma ġġibhomx minn fuq il-bank tal-iskola.  Huwa kompla jgħid li ż-żgħażagħ għandhom bżonn jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ta’ din ix-xorta għaliex huwa permezz ta’ dawn l-attivitajiet li wieħed joħroġ mill-fosdqa u jiffaċċja s-soċjeta’ tagħna.    

Dan il-live-in isir ta’ kull sena bħala preparazzjoni għall-attivita’ prinċipali li ssir fit-18 ta’ Settembru.  Il-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ isir kull sena u gruppi ta’ żgħażagħ jiddiskutu u jifformaw policies fuq temi partikolari.  Din is-sena it-tlett temi magħżula għall-gruppi taż-żgħar huma l-Edukazzjoni, it-Turiżmu u l-Klima.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow