IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA ŻŻUR IL-FONDAZZJONI NAZARETH
Illum is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana żaret il-Fondazzjoni Nazareth. Waqt iż-żjara tagħha Dr Justyne Caruana ltaqgħet mad-diriġenti tal-fondazzjoni mmexxija minn Dun Anġ Seychell u Anġlu Zahra, kif ukoll daret id-djar u l-workshop tal-fondazzjoni. Is-Segretarju Parlamentari faħħret ħafna s-servizzi li toffri din id-dar. Hi stqarret li kull żjara li tagħmel lill-Fondazzjoni Nazareth dejjem tkun esperjenza li timliha b’kuraġġ. Dan għaliex taf li f’dawn id-djar il-persuni b’dizabiltà qed ikunu kkurati b’mod professjonali u b’imħabba kbira.
Is-Segretarju Parlamentari ltaqgħet u tkellmet mar-residenti li min-naħa tagħhom ukoll urew l-apprezzament tagħhom għall-ħidma tas-Segretarjat tagħha, speċjalment fejn tidħol il-promozzjoni tal-ħiliet u talenti tal-persuni b’diżabilità. Kien għalhekk li pprezentawlha diversi xogħolijiet li għamlu huma fil-workshop tagħhom li issa se jkunu esebiti fl-uffiċini tas-Segretarjat Parlamentari.
Kemm il-Fondazzjoni Nazareth kif ukoll is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana tennew l-impenn reċiproku tagħhom b’riżq il-persuni b’diżabilità f’pajjiżna.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en