Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA

pr141808
Date Icon 08/08/2014

L-attitudni estremista tal-Oppożizzjoni biex tkun negattiva akkost ta’ kollox qed twassal għal kritika żbaljata u skoretta li ma tagħmel ebda ġieħ lil min jagħmilha, iktar u iktar meta titratta dwar qasam tant sensittiv bħal qasam tad-dizabiltà li m’għandu qatt jispiċċa bħala ballun politiku.

Huwa ta’ tħassib li l-Oppożizzjoni, li suppost isservi ta’ forza kostruttiva f’dan il-pajjiż, lanqas hija konxja li l-Bord tal-Guardianship fil-fatt twaqqaf. Din il-liġi, minkejja li saret minn Gvern Nazzjonalista, qatt ma ħaddimha għaliex ma ħaseb għal ebda struttura għaliha.

Kien Gvern Laburista li identifika uffiċċju, ħatar Reġistratur għall-bord u effettivament ħatar il-Bord bis-sostituti b’kollox. Fil-fatt, ħarġet stqarrija din il-ġimgħa stess wara li saret żjara mis-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana fl-uffiċċju tal-Guardianship.

Id-drittijiet tal-persuni b’diżabbilità jridu jiġu rispettati u attwati mhux fuq il-karta iżda fil-konkret. Kemm ilu fit-tmexxija, is-Segretarjat Parlamentari responsabbli minn dan il-qasam telaq b’ritmu mgħaġġel fuq it-twettiq tal-ewwel proġetti ta’ residenzi fil-kommunità:

·         waħda fis-Siġġiewi li għaliha diġa saret applikazzjoni mal-MEPA u ħareġ it-tender għax-xogħlijiet biex tibda tilqa’ l-ewwel residenti sal-aħħar tas-sena;

·         residenza oħra f’Għawdex fejn diġa ħarġet l-espressjoni ta’ interess li tagħlaq fl-14 ta’ Awwissu li ġej;

·         u dar oħra f’San Ġiljan fejn diġa bdiet il-ħidma inizjali tal-periti.

Biex Malta tkun konformi mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Gvern waqqaf ukoll focal point nazzjonali li huwa responsabbli mill-implimentazzjoni reali ta’ din il-konvenzjoni. Tfasslet l-ewwel politika nazzjonali dwar id-diżabilità u dalwaqt se titnieda l-istrateġija dwar id-diżabilità. Tfasslu l-istandards għad-djar residenzjali tal-persuni b’diżabilità li dalwaqt jiġu ppubblikati, issaħħet l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabbilità u s-servizzi mogħtija mill-Aġenzija Sapport inkluż fil-gżira Għawdxija, u beda x-xogħol fuq il-programm ta’ manutenzjoni estensiva għaċ-ċentri ta’ matul il-jum għall-persuni b’diżabbilità.

L-Oppożizzjoni tibqa’ tinsisti li ddaħħal il-politika partiġjana f’kollox inkluż fil-qasam tal-persuni b’diżabbilità. Dan il-Gvern se jibqa’ ffukat biex, b’maturità, jibni fuq it-tajjeb li sar tul is-snin filwaqt li jimplimenta l-miżuri ġodda li wiegħed fil-manifest elettorali tiegħu favur soċjetà ġusta li fiha kulħadd ikollu l-opportunità li jimxi ‘l quddiem.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow