ŻJARA FIĊ-ĊENTRU PROSPETTIV ‘OUTLOOK’ MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA
pr141791
06/08/2014
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana llum żaret iċ-Ċentru għal Persuni Neqsin mid-Dawl. Dan iċ-Ċentru se jkun qiegħed jopera minflok iċ-ċentru preżenti ta’ Santa Venera.
Iċ-ċentru ta’ Santa Venera se jkun qiegħed jingħalaq fiż-żmien li ġej minħabba l-fatt li dan ma kienx addattat biex jintuża bħala ċentru ta’ matul il-jum għal persuni neqsin mid-dawl.
Din iż-żjara serviet biex is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-qasam tad-diżabilità, Justyne Caruana, tkun ċerta li l-post li se jqattgħu ħinhom dawn il-persuni jkun post adegwat għall-esiġenzi tal-persuni, kif ukoll ikun post li jagħti servizz tajjeb lill-persuni li se jibbenefikaw minnu.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en