TINFETAĦ SENSIELA TA’ LAQGĦAT PUBBLIĊI DWAR L-ISTANDARDS GĦAD-DJAR RESIDENZJALI GĦALL-ANZJANI
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’ Diżabilità u Anzjanità Attiva Dr Justyne Caruana fetħet sensiela ta’ laqgħat pubbliċi ta’ konsultazzjoni dwar l-istandards għad-djar residenzjali għall-Anzjani li appuntu, ftit minnhom se jsiru fid-djar tal-anzjani, fosthom ukoll laqgħa f’residenza f’Għawdex. L-ewwel laqgħa saret fir-Residenza Zammit Clapp fejn kien hemm preżenti numru ta’ residenti fosthom ukoll rappreżentanti tal-kumitati rapprezentatattivi tal-istess dar.
Is-Segretarju Parlamentari qalet li minkejja li kien ilna snin nisimgħu fuq il-ħtiega ta’ Standards Nazzjonali għad-djar tal-anzjani dan qatt ma sar. B’mod differenti, dan il-Gvern jemmen mhux biss li għandna nżidu s-servizz għall-anzjani imma wkoll u fuq kollox li jkollna servizzi għall-anzjani ta’ kwalità – fejn l-anzjani tagħna jkollhom is-serħan tal-moħħ li l-kura li jingħataw ser tkun kura tajba, dinjituża u li tgħodd għall-bżonnijiet tagħhom.
L-istandards minimi nazzjonali għall-kura tal-anzjani fid-djar residenzjali huma bbażati fuq diversi prinċipji fosthom: li l-persuna tkun fic-ċentru tal-kura, tiġi rispettata d-dinjità, privatezza, benessere fiżiku u psikoloġiku, is-sodisfazzjon tal-aspirazzjonjiet u potenzjal tal-persuna, l-awtonomija/empowerment, l-ugwaljanza, id-dritt li tilmenta u dritt għal rimedju legali.
Is-Segretarju Parlamentari rringrazzjat lil Dr Miriam Azzopardi mid-Directorate for Health Standards, lill-Fondazzjoni Xjuħija Malta u lil dawk kollha li fl-aħħar xhur taw il-kontribut tagħhom fil-proċess ta’ konsultazzjoni.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en