STQARRIJA KONĠUNTA BEJN IS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAĦĦA U L-MAM
Fis-siegħat li għaddew issoktaw il-laqgħat bejn uffiċjali mid-Dipartiment tas-Saħħa, il-PACBU (Public Administration Collective Bargaining Unit) u l-Assoċjazzjoni Medika Maltija, (il-MAM), li matulhom kienu diskussi l-kwistjonijiet pendenti fit-tilwima industrijali preżenti. Ir-rieda tajba murija minn dawn iż-żewġ partijiet wasslet għal progress fin-negozjati u l-MAM ħabbret li qed tissospendi b’mod immedjat l-azzjonijiet industrijali mad-dipartiment tas-saħħa, li kienu ser iseħħu nhar it-Tlieta li ġej.
Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne u l-President tal-MAM Dr. Martin Balzan esprimew is-sodisfazzjon tagħhom li d-diskussjonijiet madwar il-medja wasslu biex jiġu riżolti d-diffikultajiet eżistenti, fi spirtu ta’ djalogu soċjali.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en