TNEDIJA TAL-ILJIELI MELLEĦIN
Waqt it-tnedija tal-Iljieli Melleħin, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Dr Stefan Buontempo ħabbar li din is-sena, bil-ħidma u l-impenn tal-kunsilli, qed jittellgħu madwar 100 attività kulturali f’Malta u Għawdex. Minn dawn 34 minnhom qed ikunu organizzati mill-lokalitajiet tat-Tramuntana u ta’ Għawdex.
Il-Viċi Sindku tal-Mellieħa, s-Sur Clayton Bartolo, ta d-dettalji tal-attivitajiet ippjanati fil-jiem li ġejjin għall-Iljieli Melleħin. Din se tkun is-seba’ edizzjoni tal-Iljieli Melleħin organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. Din l-edizzjoni se tkun mtellgħa mill-Ħamis 7 ta’ Awwissu sal-Ħadd 10 ta’ Awwissu 2014. Matul dawn l-erbat iljieli wieħed se jkun jista’ jgawdi wħud mill-isbaħ elementi li għandha x’toffri l-Mellieħa.
Dr Buontempo qal ukoll li permezz ta’ inizjattivi bħal dawn li jinvolvu l-għaqdiet tal-lokal, jikber is-sens komunitarju u jkun hemm ukoll aktar kummerċ fil-lokalitajiet.
Is-Segretarju Parlamentari feraħ lill-Kunsill ta’ din il-hidma u saħaq fuq l-importanza tal-pjattaforma ta’ opportunitijet li dawn l-attivitajiet iġibu magħhom għat-talent u l-artisti mill-komunità. Attività bħal Iljieli Melleħin hija vetrina biex il-lokal juri l-potenzjal tiegħu fis-sens komunitarju, kulturali u kummerċjali.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en