Left arrow Go Back

ĦIDMET IL-MEMBRI PARLAMENTARI EWROPEJ MALTIN DISKUSSA FIL-CORE GROUP TAL-MEUSAC

pr141707
Date Icon 25/07/2014

Illum wara nofsinhar, il-Membri Parlamentari Ewropej Maltin ingħaqdu mal-imsieħba soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili fil-Core Group tal-MEUSAC.

Fl-introduzzjoni ta’ din il-laqgħa li ssir kull xahar, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Dr Helena Dalli, fissret l-importanza tal-kuntatt  kontinwu bejn il-Membri Parlamentari Ewropej Maltin u l-Core Group, peress li b’hekk ikun hemm il-komunikazzjoni diretta u immedjata mal-imsieħba soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.

Il-Membri Parlamentari Ewropej Maltin preżenti għal din il-laqgħa kienu David Casa, Membru tal-Kumitat dwar l-Impjiegi u Affarijiet Soċjali, Dr Alfred Sant, Membru tal-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji; Marlene Mizzi, Membru tal-Kumitat tas-Suq Intern u Ħarsien tal-Konsumatur u l-Viċi President tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet, Dr Therese Comodini Cachia, Membru tal-Kumitat tal-Affarijiet Legali u Dr Miriam Dalli, Membru tal-Kumitat tal-Ambjent, Saħħa Pubblika u Sikurezza tal-Ikel. Dr Roberta Metsola, li ma setgħetx tkun preżenti minħabba li tinsab imsiefra fuq xogħol, hi l-Viċi President tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet u Membru tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u l-Intern.

Il-Membri Parlamentari tkellmu dwar id-diversi setturi li jaħdmu fuqhom, speċjalment dawk li jaffettwaw lill-imsieħba soċjali u s-soċjetà. Fost il-punti li tqajmu kien hemm is-suq intern u l-affarijiet tal-konsumaturi, l-impjiegi, l-edukazzjoni, u l-kompetittività. Huma semmew l-irwoli tagħhom fi ħdan is-setturi li jaħdmu fihom u dawk relatati magħhom. Sostnew ukoll li għandu jkun hemm laqgħat kontinwi sabiex ikunu jistgħu jisimgħu l-vuċi tas-soċjetà. Saret diskussjoni dwar kif dan jista’ jseħħ aħjar.

Il-Kap tal-MEUSAC, Dr Vanni Xuereb tkellem dwar l-irwol importanti li għandu l-MEUSAC sabiex jiffaċilità l-komunikazzjoni bejn ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-Membri Parlamentari Ewropej Maltin fost l-oħrajn.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow