BUSINESSENSE - INQAS BUROKRAZIJA B’ AKTAR EFFIĊJENZA
‘Servizz aktar effiċjenti, konsistenti u anqas burokratiku’. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari l-Avukat Michael Falzon f’konferenza stampa li saret dalgħodu fil-binja ta’ Smart City waqt it-tnedija tal-kampanja ‘BUSINESSENSE’
Is-Segretarju Parlamentari tenna li din l-attività hija parti minn kampanja bil-għan li tqajjem aktar kuxjenza dwar it-tnaqqis fil-burokrazija għall-intrapriżi ġodda, kif ukoll għal dawk li jridu jespandu l-operat tagħħom. Spjega kif dan il-Business Development Unit, illi ġie mwaqqaf taħt din l-amministrazzjoni, se jkompli jservi sabiex verament il-MEPA ssir aktar user friendly.
Madanakollu huwa saħaq li t-tnaqqis fil-burokrazija bl-ebda mod ma hu se jimmina l-kontabbilità u t-trasparenza. Dan għaliex għal kuntrarju tas-sistema preċedenti, kull applikazzjoni se tkun qed tiġi pproċessata minn dan il-Business Development Unit ċentralizzat fi ħdan il-MEPA, u mhux b’mod distrettwali, xi ħaga li ghandha twassal għal deċiżjonijiet li jkunu iktar uniformi u konsistenti. Is-Segretarju Parlamentari għamel referenza wkoll għall-miżuri li dan il-Gvern diġà wettaq fl-aħħar sena u nofs, u li fi kliemu huma xhieda ta’ kemm din l-amministrazzjoni hija waħda Pro Business. Fl-istess waqt, l-Avukat Michael Falzon elenka numru ta’ policies li se jkunu implimentati fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, fosthom dik li tirrigwarda l-Floor Area Ratio, policy dwar il-Fuel Stations, policy għal dak li huwa bini barra ż-żona tal-iżvilupp, kif ukoll dwar is-Solar Farms. Temm jgħid li ma’ dawn, ma rridux ninsew li għaddejja wkoll d-Demerger fl-istess Awtorità, l-konsultazzjoni fuq l-ISPED, Local Plans, u ħafna xogħol iehor.
Tkellem ukoll iċ-Chairman tal-MEPA Vince Cassar, li fisser kif l-ekonomija tal-pajjiż tiddependi parzjalment minn din l-Awtorità. F’dan is-sens, żied Cassar, il-MEPA se tkompli tieħu aktar inizjattivi bil-għan li tkompli tinċentiva lil min irid jinvesti.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en