IL-PRIM MINISTRU JMEXXI LAQGĦA TAL-MEXXEJJA TA’ STATI ŻGĦAR
pr141690
24/07/2014
Ikollu wkoll udjenza mal-Prinċep ta’ Wales
L-ekonomiji tal-gżejjer stati żgħar tal-Commonwealth ġew diskussi f’laqgħa f’Dumfries House f’East Ayrshire fl-Iskozja li għaliha attenda wkoll il-Prim Ministru Joseph Muscat fl-aħħar impenn tiegħu fir-Renju Unit.
Il-laqgħa ġiet organizzata mill-Prinċep Charles li ta wkoll udjenza privata ta’ erbgħin minuta lill-Prim Ministru.
Għal-laqgħa, li ġiet preseduta mill-Prim Ministru Muscat, attendew ukoll diversi mexxejja ta’ stati gżejjer żgħar membri tal-Commonwealth.
Il-laqgħa ffukat fuq kif il-gżejjer stati żgħar jistgħu jibnu ekonomiji sostenibbli u flessibbli.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en