Left arrow Go Back

SUĊĊESS L-EWWEL EDIZZJONI TA’ YOUTH MEET YOUTH

pr141684mt
Date Icon 24/07/2014

Youth meet Youth hija attività li kienet organizzata mill-Aġenzija Żgħażagħ b’kollaborazzjoni mal-EUPA li nżammet fi tmiem il-ġimgħa fil-Qawra.  L-għan tal-attività kien li ż-żewġ entitajiet jiltaqgħu flimkien biex jippromwovu l-programmi u l-iskemi kemm dawk lokali fosthom Be Active u A4U u dawk tal-Unjoni Ewropea fl-edukazzjoni, it-taħriġ u l-Youth Erasmus+.  Skop ieħor kien li jinkoraġġixxu aktar organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ li jipparteċipaw fi proġetti ffinanzjati fil-qafas ta’ dan il-programm.

55 organizzazzjoni volontarja pparteċipaw f’din l-attività.  Uħud mill-parteċipanti bbenefikaw mill-fondi tal-Youth in Action jew inkella ta’ skemi maħruġa mill-Aġenzija Żgħażagħ; Be Active Scheme u/jew A4U.  L-organizzazzjonijiet kellhom l-opportunità li jesebixxu u jippromwovu x-xogħol u l-proġetti li għamlu, fl-oqsma differenti, mal-pubbliku in ġenerali.  Din l-attività serviet biex il-pubbliku jifhem aħjar l-kontribuzzjoni edukattiva li jagħtu l-organizzazzjonijiet volontarji u l-ħaddiema maż-żgħażagħ.

Minbarra l-esebizzjoni, waqt l-attività nżammu żewġ workshops; wieħed bl-għan li jistimulaw lill-mexxejja taż-żgħażagħ biex ikunu krejattivi u jiżviluppaw attivitajiet innovattivi taħt il-qafas tal-programm Erasmus +; it-tieni workshop dwar il-provvista ta' informazzjoni u pariri għaż-żgħażagħ.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius żar l-istands tal-organizzazzjonijiet kollha preżenti u kellu opportunità jara u jisma’ dak li kellhom xi jgħidu ż-żgħażagħ.  Peress li s-Segretarju Parlamentari għamel bosta żmien jaħdem f’għaqdiet volontarji, hu seta’ jifhem u japprezza aktar ix-xogħol li bosta persuni u entitajiet jagħmlu volontarjament.

Din kienet l-ewwel attività ta’ din ix-xorta u wieħed jawgura li, anke wara r-rispons pożittiv, din issir avveniment annwali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow