IL-MINISTRU GĦALL-ĠUSTIZZJA KULTURA U GVERN LOKALI JAPPELLA GĦALL-MATURITÀ MIN-NAĦA TAL-OPPOŻIZZJONI
Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern jappella għall-maturità min-naħa tal-Oppożizzjoni dwar kwistjoni daqstant delikata bħal m’hija dik ta dixxiplina fuq membri tal-ġudikatura.
L-Oppożizzjoni taf li dan huwa qasam delikat li jeħtieġ maturità u mhux kummenti pwerili ta’ natura purament politika partiġġjana. Is-sistema li uża l-gvern preżenti fil-ħatra tal-ġudikanti hija l-istess sistema li ilha tintuża minn diversi gvernijiet sa mill-inqas mill-Indipendenza ’l hawn.
L-Oppożizzjoni taf illi l-imħallef Lino Farrugia Sacco, li dwaru hemm proċeduri ta impeachment, fetaħ kawżi ta’ natura importanti ħafna dwar kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem fi Frar li għadda. Il-Gvern ħass li, bħalma sar quddiem kumitati oħrajn tal-Parlament, ladarba tqanqlet kwistjoni ta’ drittijiet fundamentali tal-bniedem l-aħjar triq kienet li dawn il-kwistjonijiet jiġu riżolti qabel jittieħdu deċiżjonijiet mill-Parlament.
Il-Ministru mill-bidu nett kien appella biex it-tali kwistjonijiet jiġu deċiżi malajr kemm jista’ jkun.
L-Oppożizzjoni taf ukoll li l-Gvern qiegħed jikkonsulta b’mod mill-aktar wiesgħa dwar l-emendi Kostituzzjonali li hemm bżonn jitressqu ’l quddiem għal titjib fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja.
Il-poplu li jaf hu li bħalissa jeżisti impetu fil-pajjiż bla preċedent għall-implimentazzjoni ta’ riforma effettiva fil-qasam tal-Ġustizzja.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en