MIĊĦUDA KATEGORIKAMENT L-ALLEGAZZJONI LI SE JITQAĊĊTU 2,000 SIĠRA MINN KENNEDY GROVE
B’referenza għal rapport ippubblikat f’ċertu sezzjonijiet tal-midja, fejn ġie allegat li mal-2,000 siġra se jitqaċċtu minn Kennedy Grove, il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura jiddikjara li dan assolutament mhux minnu.
Is-siġar, li ħafna minnhom huma arbuxelli, huma mifruxin fuq tul ta’ 7.3 kilometri u mhux f’ Kennedy Grove biss bħal ma ngħad fuq l-artiklu, imma huma siġar invażivi, bħall-akaċja, li ma jistgħux jerġgħu jitħawlu, u mhux is-siġar kollha. Siġar oħrajn li nqalgħu minn posthom, tpoġġew f’lokalitajiet differenti bħal Pembroke, Marsaxlokk, Santa Venera, Ħad-Dingli u Ta’ Qali, waqt li speċi rari li nstabet f’parti tas-sit, ingħatat lil nurseries lokali u lill-ġonna tal-Argotti.
Tajjeb jingħad li n-numru ta’ siġar/arbuxelli indiġeni li se jitħawlu minflok l-ispeċi invażivi li kien hemm, se jkun akbar minn numru ta’ speċi indiġeni li kien hemm qabel ma nbeda x-xogħol. L-interventi fuq is-siġar ma sarux bl-amment, iżda wara konsultazzjonijiet intensivi bejn TM u d-Direttorat tal-MEPA.
Tajjeb wieħed ifakkar ukoll li l-Gvern se jkun qed jinvesti mill-inqas 300,000 ewro f’faċilitajiet rikreattivi u tisbiħ fil-park tas-Salini biex jikkumpensa għall-inkonvenjenzi bit-twessigħ ta’ Triq il-Kosta.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en