27 ATLETA MALTIN JIEĦDU SEHEM FIL-LOGĦOB TAL-COMMONWEALTH
L-Erbgħa 23 ta’ Lulju, f’Celtic Park Glasgow jitla’ s-siparju fuq il-Logħob tal-Commonwealth 2014. Għall-20 Edizzjoni tal-logħob se jieħdu sehem 71 pajjiż u territorju tal-Commonwealth. Malta se tkun irrapreżentata minn 27 atleta f’9 dixxiplini differenti li huma:
Atletika
Diane Borg
Rebecca Camilleri
Rachel Fitz
Sare’ Rebecca
Kevin Moore
Ginnastika
Kirsty Caruana
Peppina Dalli
Adreana Zammit
Judo
Isaac Bezzina
Jeremy Saywell
Marcon Bezzina
Lawn Bowls
Carmela Spiteri
Leonard Callus
John Parnis
Sparar
Eleonor Bezzina
William Chetcuti
Nathan Xuereb
Brian Galea
Squash
Kimberly Borg Cauchi
Colette Sultana
Bradley Hindle
Daniel Zammit Lewis
Triathlon
Danica Spiteri
Keith Galea
Weightlifting
Jessica Edge
Wrestling
Adam Vella
David Galea
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius jinsab fi Glasgow fejn se jkun qiegħed jsegwi aktar mill-viċin uħud mill-atleti Malti. Huwa jawgura lill-atleti kollha li se jirrapreżentaw lil pajjiżna u jixtieqilhom kull suċċess.
Intant jumejn qabel beda l-Logħob tal-Commonwealth is-Segretarju Parlamentari Chris Agius attenda għas-7 edizzjoni tal-Commonwealth Sports Ministers Meeting fi Glasgow. Fil-laqgħa kienu diskussi bosta temi fosthom kif il-politika nazzjonali tal-isport tkun aktar effettiva, aktar investiment fl-isport u l-azzjoni internazzjonali tista’ tittieħed biex tiżdied l-integrità fl-isport.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en