IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAR-RIĊERKA, INNOVAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT CHRIS AGIUS ATTENDA GĦAL LAQGĦA INFORMALI TAL-MINISTRI TAL-UE INKARIGATI MILL-KOMPETITTIVITÀ (RIĊERKA)
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius attenda għal laqgħa informali tal-Ministri tal-UE inkarigati mill-Kompetittività (Riċerka), li saret f’Milan. Din il-laqgħa ffokat fuq l-infrastrutturi tar-riċerka u l-futur tal-kompetittività u r-riċerka fl-Ewropa. Il-fulkru tad-dibattitu kien ir-rwol li l-infrastruttura tar-riċerka għandha fl-iżvilupp tal-għarfien u teknoloġiji ġodda u kif dawn jiffavorixxu fil-mobilità tar-riċerkaturi. L-inizzjattiva kienet organizzata taħt il-Presidenza Taljana tal-Kunsill tal-UE.
Fl-intervent tiegħu, is-Segretarju Parlamentari qal li Malta ser tkun qed tesplora l-possibilità li tipparteċipa fl-infrastruttura tar-Riċerka li huma priorità fuq livell Ewropew. Din tista’ tkun ukoll identifikata bħala prijorità fuq bażi nazzjonali permezz ta’ allinjament mal-istrateġija speċjalizzata tagħna. Dan jimmassimizza l-potenzjal ta’ Malta, billi jiffoka kemm ir-riżorsi umani u finanzjarji tagħha fl-Infrastrutturi tar-Riċerka li jikkumplimentaw l-kapaċitajiet u l-kompetenza lokali.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en