Left arrow Go Back

VERIFIKA TAT TEKNOLOĠIJA TAL INFORMATIKA: KORPORAZZJONI GĦAX-XOGĦOL U T-TAĦRIĠ

pr141663mt
Date Icon 22/07/2014

L-Awditur Ġenerali llum ippreżenta lill-iSpeaker, Rapport ieħor ta’ verifika fuq l-użu effettiv tat-Teknoloġija tal-Informatika (IT) u s-Sistemi tal-Informatika (IS) li qed jintużaw fi ħdan il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC).

L-għan prinċipali ta’ dan ir-Rapport kien li jiġbor u janalizza evidenza biżżejjed biex jiddetermina jekk l-ETC għandhiex il-kontrolli kollha neċessarji li jiżguraw li l-IT u l-IS tagħha qed iżommu         l-integrità f’dik li hi data, sabiex ikunu protetti l-assi, jintlaħqu l-miri tal-entità b’mod effettiv, u jkunu ta’ għajnuna fl-użu effettiv tar-riżorsi relatati mal-IT li għandha l-Korporazzjoni.

Matul  ix-xogħol ta’ verifika, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) rreveda 13-il applikazzjoni tas-software kif ukoll numru ta’ e-Forms, il-Website uffiċjali u l-paġna tal-Facebook tal-ETC.  Ir-Rapport tal-verika jinkludi numru ta’ sejbiet prinċipali u rakkomandazzjonijiet, fejn fost l-oħrajn inħass il-bżonn li jkun hemm dokumentazzjoni formali f’dak li jirrigwardja l-istrateġija tal-IT,  dokumentazzjoni tas-sistemi tal-IT u l-użu frekwenti tal-e-Forms.

Barra minn hekk, l-NAO eżamina l-operat tal-IT fi ħdan il-Korporazzjoni fejn ta numru ta’ rakkomandazzjonijiet f’dak li jirrigwardja l-użu eżistenti ta’ printers b’funzjonijiet varji sabiex dawn jintużaw bl-aħjar mod possibli, li jinżamm rendikont tal-backups u li tiġi mtejba s-sigurtà f’xi fergħat li għandha l-Korporazzjoni madwar Malta.

L-NAO għamel ukoll rakkomandazzjonijiet rigward is-Sigurtà tal-Informatika. Għaldaqstant, l-NAO rrakkomanda li l-Korporazzjoni għandha tagħmel studju profond mill-aktar fis sabiex tindirizza l-impatt fuq l-operat tal-IT, kif ukoll tagħmel valutazzjoni u tanalizza liema huma s-sistemi, u affarijiet oħra, l-aktar importanti f’dak li jirrigwardja l-IT, ħalli b’hekk tkun tista’ tagħmel pjanijiet formali f’dik li hi kontinwità tal-operat tal-IT, biex jiġu adottati mill-ETC. L-NAO hu sodisfatt li numru ta’ rakkomandazzjonijiet, kif msemmija hawn fuq, diġà qed jiġu implimentati, kif jidher fil-management comments ippreżentati mill-ETC.

Dan ir Rapport ta’ verifika jkun aċċessibbli mis sit tal Uffiċċju Nazzjonali tal Verifika (www.nao.gov.mt).

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow