L-AMBAXXATRIĊI TUNEŻINA FI ŻJARA TAL-AĦĦAR LILL-ISPEAKER
L-Ambaxxatriċi tar-Repubblika tat-Tuneżija, l-E.T. Souad Gueblaoui, dalgħodu għamlet żjara tal-aħħar lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Anġlu Farrugia.
L-iSpeaker esprima l-kondoljanzi tiegħu lill-Ambaxxatriċi Tuneżina għall-qtil ta’ 14-il suldat Tuneżin li seħħ ilbieraħ f’nasba terroristika fir-reġjun tal-muntanja Chaambi qrib il-fruntiera mal-Alġerija.
Iż-żewġ naħat irreferew għar-relazzjonijiet eċċellenti li dejjem eżistew bejn Malta u r-Repubblika tat-Tuneżija u tkellmu dwar diversi suġġetti li huma ta’ interess għaż-żewġ naħat, fosthom il-parteċipazzjoni tal-iSpeaker fiċ-ċerimonja li saret f’Tunis fi Frar li għadda meta ġiet addottata il-Kostituzzjoni l-Ġdida Tuneżina.
L-iSpeaker faħħar il-ħidma siewja li l-Ambaxxatriċi Tuneżina wettqet matul iż-żmien li kienet Malta biex issaħħaħ ir-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en