IL-GVERN KOMMESS IKOMPLI JAĦDEM, ANKE FLIVELL EWROPEW BIEX IS-SETTUR TAL-GAMING IKOMPLI JISSAĦĦAĦ U JIKBER IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI HERRERA
Is-Segretarju Parlamentari għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Kompettitività Dr José Herrera indirizza laqgħa tal-Kapijiet Eżekuttivi fis-settur tal-Gaming li tlaqqgħet f’Malta.
Dr Herrera enfasizza l-importanza ta'’ dan is-settur, li jikkontribwixxi għal 12% tal-prodott gross domestiku ta'’ Malta. Qal li bħalissa hawn 250 kumpanija li joperaw fil-qasam tar-remote gaming f’Malta, li jimpjegaw mat-8,000 impjegat.
Is-Segretarju Parlametari Herrera kkonferma l-impenn tal-Gvern Malti, inkluż f’'livell Ewropew biex dan is-settur ikompli jissaħħaħ u jikber f'’pajjiżna. Dan anke permezz ta'’ strateġiji intiżi li jimmassimizzaw l-opportunitajiet ta'’ impjiegi li dan is-settur qed joħloq.
Dr Herrera rrefera wkoll għall-fatt li Malta, għall-ewwel darba, talbet opinjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar il-validità jew le ta'’ ċertu aspetti tal-konvenzjoni dwar il-manipulazzjoni ta’' kompetizzjonijiet sportivi.
“Il-Gvern”, saħaq Dr José Herrera, “huwa kommess li jistabilixxi lil Malta bħala ċentru internazzjonali ta'’ eċċellenza fl-industrija tal-Gaming.” “Dan il-għan”, temm jgħid is-Segretarju Parlamentari, “jista'’ jkun milħuq jekk il-Gvern ikompli jaħdem f’'armonija u b'’approġġ innovattiv mal-Industrija privata.”
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en