IL-KABINETT JAPPROVA L-ĦATRA TA’ DR LAWRENCE MINTOFF BĦALA IMĦALLEF
L-avukat Dr Lawrence Mintoff se jingħaqad fil-bank tal-ġudikatura bħala Imħallef fil-Qrati Superjuri u dan wara li l-Kabinett tal-Ministri approva din il-ħatra.
Dr Mintoff se jkun is-sitt ħatra fil-ġudikatura f'din il-leġiżlatura wara l-ħatra ta’ żewġ Imħallfin u tliet Maġistrati.
Bijografija
Dr Mintoff għandu 54 sena, huwa miżżewweġ lil Geraldine u għandhom tifla, Franziska. Huwa attenda l-iskejjel primarji tal-Gvern ta’ Bormla u Ħaż-Żabbar u bħala skola sekondarja kien jattendi l-Liċeo tal-Ħamrun. Wara li attenda l-Kulleġġ De la Salle, il-Kottonera, l-avukat Mintoff studja l-ekonomija fl-Università ta’ Malta u wara l-liġi. Iggradwa bħala Nutar Pubbliku fl-1983 u bħala Avukat fl-1984.
Fl-1983 kien jifforma parti mill-istaff tal-Ambaxxata ta’ Malta fi New York fi żmien li Malta kienet tokkupa l-Presidenza tal-Kunsill tas-Siġurtà tal-Ġnus Maqgħuda.
Bħala student, ħadem bħala skrivan u bħala deputat reġistratur fil-Qrati ta’ Malta. Bħala avukat Dr Lawrence Mintoff ħadem għal xi żmien fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, fil-legal office tal-Mid-Med Bank u fil-legal office tal-Malta Development Corporation.
Huwa okkupa l-kariga ta’ kap tal-uffiċċju legali tal-Malta Development Corporation u tal-Malta Enterprise Corporation. F’din il-kariga kien ifforma parti min-negotiating team li nnegozja diversi trattati għall-ħarsien tal-investimenti bejn Malta u ħmistax-il pajjiż differenti. Huwa kien responsabbli għall-abbozzar ta’ leġiżlazzjoni prinċipali u sussidjarja, l-aktar fil-qasam fiskali.
Dr Wenzu Mintoff kien ukoll imexxi l-Alternattiva Demokratika għal numru ta’ snin.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en