IL-PARKEĠĠ TA’ L-EX SPTAR ĠENERALI TA’ SAN LUQA DEVOLUT LURA LILL-KUNSILL LOKALI TAL-PIETÀ
“Il-Parkeġġ ta’ l-ex Sptar Generali ta’ San Luqa jingħata lill-Kunsill Lokali tal-Pietà ”. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari Dr. Michael Falzon f’konferenza stampa li saret fl-istess Parkeġġ.
Is-Segretarju Parlamentari Falzon beda’ biex qal li l-Gvern ċentrali u l-Kunsill Lokali ħadmu flimkien biex minn “Parkeġġ li tħalla fi stat ta’ telqa, hmieġ, vandaliżmu u post għall-abbuż, jinbidel f’wieħed fejn minnu jgawdi kulħadd, u dan se jseħħ”. Dr. Falzon qal li l-użu ta’ dan il-Parkeġġ, se jgawdu minnu wkoll ir-residenti tal-Pieta’ u Gwardamangia, fejn qal li waħda mill-kundizzjonijiet fil-kuntratt meta jinghata lill-privat se tkun li se jkun hemm numru ta’ spazji għall-parkeġġ b’xejn ghar-residenti tal-vicin.
L-Avukat Michael Falzon temm jirringrazzja lill-Kunsill Lokali tal-Pietà għall-ħidma kontinwa li qed jagħmel, u li l-flus li se jkunu qed jiddaħħlu minn dan il-parkeġġ se jmorru għall-Kunsill Lokali għall-gid taċ-cittadini tal-madwar.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en