Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA

pr141613
Date Icon 15/07/2014

Wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni nkixef li kien qed jivvinta minn żniedu dwar il-paga ta’ Sai Mizzi Liang, issa telaq b’attakk sfrenat biex jipprova jiġġustifika lilu nniffsu.

Il-Gvern qabad triq differenti mill-amministrazzjonijiet preċedenti fil-mod kif jiġbed investiment lejn Malta. Sai Mizzi Liang tinsab fiċ-Ċina biex tattira l-investiment u l-kummerċ lejn Malta.

Il-Gvern Malti qed jikseb ir-riżultati b’mod konkret. Iżda għall-Oppożizzjoni negattiva u distruttiva, kull ma jinteressaha hu li tigdeb dwar il-paga ta’ persuna li qed tikseb ir-riżultati.

Ilbieraħ il-Prim Ministru ppubblika l-kuntratt u l-payslip li kixfu l-gidba tal-Oppożizzjoni. Ippubblika wkoll il-kuntratti li juru li Sai Mizzi Liang m’għandha xejn differenti minn Officers Serving Overseas fi grad ta’ Ambaxxatur. Biex dan ikun konfermat għal darb’oħra, qed nippubblikaw ukoll kuntratti ta’ numru ta’ ambaxxaturi oħra li kellhom  kundizzjonijiet simili fl-aħħar snin.

Id-differenza bejn Gvern Laburista u gvernijiet preċedenti huwa li jġib lejn pajjiżna r-riżultati.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni iżda għadu jippersisti fin-negattività li qed twasslu għal falliment wara l-ieħor. L-unika żmien meta l-Kap tal-Oppożizzjoni kien pożittiv kien meta żamm ħalqu magħluq.

PR141613a_CGrima.pdfPR141613a_CGrima.pdfPR141613b_FTabone.pdfPR141613b_FTabone.pdfPR141613c_GCassar.pdfPR141613c_GCassar.pdf
PR141613d_GMontanoro.pdfPR141613d_GMontanoro.pdfPR141613e_JCassar.pdfPR141613e_JCassar.pdfPR141613f_JZammitTabone.pdfPR141613f_JZammitTabone.pdf
PR141613g_KXuereb.pdfPR141613g_KXuereb.pdfPR141613h_NButtigiegScicluna.pdfPR141613h_NButtigiegScicluna.pdfPR141613i_RMuscat.pdfPR141613i_RMuscat.pdf
PR141613j_VCamilleri.pdfPR141613j_VCamilleri.pdfPR141613k_WBalzan.pdfPR141613k_WBalzan.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow