Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U TIBDIL FIL-KLIMA

pr141610
Date Icon 15/07/2014

Il-Gvern impenjat biex ir-rijabilitazzjoni tal-Magħtab issir bl-aktar mod sostenibbli

L-Oppożizzjoni qed tagħżel li tkun negattiva anki dwar ir-rijabilitazzjoni tal-Magħtab. Huwa ironiku li din il-kritika ġejja minn partit li fl-2008 tela’ fil-gvern bl-għajta elettorali li dan is-sit kien se jibda jwarrad. Naturalment wegħda li, kif jista jixhed kulħadd, baqgħet ma twettqitx.

L-Oppożizzjoni ta’ llum, meta kienet fil-gvern, kienet wegħdet ukoll li tibni park għall-familja li kellu jkun b’riħa ta’ fwieħa. Dan il-proġett kien ibbażat biss fuq diskors. La qatt ħarġu tenders għal dan il-park u lanqas qatt saru studji dwar il-vijabbilità tal-park mill-aspett ta’ saħħa ambjentali. Kien intqal biss li dan il-proġett ikun jista jitwettaq mis-sena 2027 ‘il quddiem. 

Illum, li ninsabu fl-2014, l-Oppożizzjoni qed tikkritika lil dan il-Gvern b'nuqqas ta’ viżjoni ambjentali wara 15-il xahar fl-amministrazzjoni. In-negattività tal-Oppożizzjoni hija bbażata fuq il-premessa żbaljata li dan il-Gvern abbanduna xi pjan għar-rijabilitazzjoni tal-Magħtab.

Ix-xogħol ta’ rijabilitazzjoni se jibqa’ għaddej kif pjanat, bħala parti minn proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, billi fost oħrajn jiġu capped il-landfills li m’għadhomx jintużaw u afforestazzjoni ta’ żoni differenti fil-Magħtab. Bħalissa għaddejjin ukoll diskussjonijiet inter-ministerjali dwar diversi alternattivi li jistgħu jiġu kkunsidrati għal iktar rijabilitazzjoni tas-sit.

Dan huwa Gvern li, b’differenza mill-amministrazzjonijiet preċedenti, jwettaq dak li wiegħed fil-manifest elettorali tiegħu u għalhekk se jkun qed jiddenfitika x’passi għandhom jittieħdu sabiex jindirizza l-problema tal-irwejjaħ, u problemi oħra, li għadhom jolqtu kemm lir-residenti kif ukoll li kull min ikun għaddej mill-viċinanzi. 

Il-Gvern se janaliżża kull alternattiva skont il-vijabbilità tagħha u, kif diġa ntqal mill-kap eżekuttiv tal-Wasteserv, wara li jittieħdu l-kunsiderazzjonijiet kollha fosthom li l-miżbla tal-Magħtab ingħalqet biss fis-sena 2004 u għalhekk għad hemm gassijiet li qed jiġu ttrattati; li tmiss mal-Magħtab hemm il¬-faċilità tal-Għallis li titqies bħala żona ambjentalment perikoluża; u li l-Wasteserv qegħda tibni l-Malta North Project  li se jibda jitħaddem f’Jannar 2016 u li jaffettwa l-immaniġjar tal-inħawi.

Ukoll kif kommess fil-manifest elettorali tiegħu, dan il-Gvern ipoġġi s-saħħa ambjentali bħala punt fokali fid-deċiżjonijiet li jittieħdu. Għalhekk, b’serjetà u responsabbilità, din l-amministrazzjoni se tagħmel l-għażliet fil-mument opportun biex, bl-istudji kollha neċessarji u mingħajr ma jkun hemm telf ta’ fondi Ewropej, il-Magħtab tkun rijabilitata bl-aktar mod sostenibbli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow