IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA TILTAQA MA’ SUPPORTED EMPLOYMENT ASSOCIATION
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana tiltaqa' mal-Assoċjazzjoni tas- Support Employment
F’din il-laqgħa r-rappreżentanti tal-Assoċjazzjoni esprimew il-ħsibijiet tagħhom biex jibdew taħriġ għal nies li jkunu interessati jaħdmu bħala Job Coaches mal-Persuni b’Diżabilità. L-Assoċjazzjoni tagħat ukoll abbozz lis-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana biex tagħti iżjed suġġerimenti u kummenti tagħha fiż-żmien qarib.
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana faħħret ix-xogħol ta’ din l-Assoċjazzjoni u wriet interess kbir biex dan il-proġett jimxi ‘il quddiem mill-aktar fis. Saħqet li l-impjieg għall-persuni b'diżabilità huwa kruċjali u għalkemm fil-qasam ta' sheltered employment diġà bdejna bħala pajjiż, fejn jidħol is-supported employment għadna lura. Is-Segretarju Parlamentari nsistiet li f'pajjiżna għandna bżonn kemm tas-sheltered employment u kemm tas-supported employment biex nolqtu spettru ikbar ta' persuni b'diżabilità li għandhom il-potenzjal jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Temmet tgħid li qed tħares il-quddiem biex taħdem mas-Supported Employment Association biex niftħu l-opportunitajiet għall-persuni b'diżabilità fil-qasam tax-xogħol.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en