Left arrow Go Back

IL-GVERN IĦABBAR RIFORMA SĦIĦA FIR-REGOLAMENTI TAL-INSIB

pr141598mt
Date Icon 14/07/2014

Jitħabbru id-derogi għall-insib u l-proċedura tal-applikazzjonijiet.

Riforma tal-parametri legali tal-insib tal-għasafar

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali irreveda ir-regolamenti tal-insib tal-għasafar sabiex isaħħaħ numru ta’ kontrolli legali li jikkonċernaw din l-attività. L-emendi tar-regolamenti li ser jidħlu fis-seħħ għada il-15 ta’ Lulju 2014, jinkludu definizzjonijiet legali ċari tal-attività tal-insib, l-imnasab, u definizzjonijiet oħra. Dawn l-emendi jimponu restrizzjonijiet fuq l-ammont u d-daqs tal-imnasab, it-tip ta’ apparat li jista’ jintuża, u l-metodu ta’ kif l-insib jista’ jkun permess. Ir-regolamenti jestendu l-protezzjoni legali tax-xagħri ġewwa siti Natura 2000 għal kull abitat li jinsab fl-Iskeda I tar-Regolamenti dwar il-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjenti Naturali (AL 257 tal-2003, kif emendat) ġewwa siti Natura 2000, kif ukoll protezzjoni għal żoni oħra ‘l barra mis-siti Natura 2000 li fihom abitati naturali, inkluż f’Żoni ta’ Importanza Ekoloġika u Siti ta’ Importanza Xjentifika skedati bħala Livell 1 u Livell 2. Meħuda flimkien, dawn iż-żoni protetti fejn l-insib huwa jew pprojbit kompletament jew ristrett għal art agrikola reġistrata, jammontaw għal madwar kwart tat-territorju nazzjonali.

Ir-regolamenti jipprojbixxu ukoll mnasab ġodda. Bħalissa għaddej eżerċizzju ta’ reġistrar ta’ mnasab, immexxi mill-Wild Birds Regulation Unit, sabiex jiġi żgurat li jiġu reġistrati biss mnasab li jilqgħu l-kriteriji msemmija hawn fuq. L-insib fuq imnasab li ma ġewx reġistrati mhux ser jitħalla jsir u dawn ir-regolameti ser ikunu strettament infurzati. L-imnasab reġistrati ser jiġu ipplottjati u din l-informazzjoni tintuża għal skop ta’ infurzar.

L-Istaġun tal-Insib fil-Ħarifa 2014

Wara li evalwa ir-rakomandazzjoni tal-Kumitat Ornis, kif ukoll il-pariri xjentifiċi, tekniċi u legali, is-Segretarjat Parlamentari ser japplika żewġ derogi separati skont Artikolu 9(1)(f) tar-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (L.S. 504.71) sabiex jiġi permess, taħt kondizzjonijiet strettament sorveljati, l-insib u ż-żamma ta’ seba’ speċi tal-għana (Ġojjin, Gardell, Verdun, Ekra, Taż-Żebbuġ, Sponsun u Apparell), kif ukoll  il-Pluviera u l-Malvizz fil-Ħarifa 2014. Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes tenna li l-insib tal-għasafar tal-għana b’deroga fil-Ħarifa 2014 mhux ser ikun bħal kif kien jiġi pprattikat qabel l-2009, iżda ser ikun staġun limitat, strettament sorveljat u suġġett għal diversi kontrolli u infurzar.

Ir-Regolamenti li jispjegaw fid-dettal il-parametri u l-kontrolli assoċjati ma’ dawn iż-żewġ derogi ser jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern għada il-15 ta’ Lulju 2014, u jistgħu jitniżżlu mis-sit elettroniku tal-Wild Birds Regulation Unit minn dan il-link http://msdec.gov.mt/en/Pages/WBRU/Legislation--Policy.aspx.

L-istaġun tal-insib għall-dawn l-ispeċi ser jiftaħ mill-20 t’Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2014, iz-żewġ dati inklużi. Ser ikunu jistgħu jonsbu biss dawk il-persuni li jkollhom il-liċenzja ġenerali tal-insib (Carnet de Chasse), il-liċenzji speċjali assoċjati ma’ dawn iż-żewġ derogi u l-mapep reġistrati mal-Wild Birds Regulation Unit. L-ebda insib ma jista’ jsir fuq mnasab li ma ġewx reġistrati.

Il-parametri tal-istaġun huwa spjegat hawn taħt:

Speċi

Dati tal-istaġun

Kwota individwali għal kull liċenzjat matul l-istaġun

Obbligi biex jiġi rrapportat x’jinqabad

L-ammont u tip ta’ għajat u taħrik permess

Obbligu li jintlibes ċurkett ma’ sieq l-għasfur li jinqabad

Mnasab

Xbieki

Pluviera u Malvizz

Mill-20 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2014

Total ta’ 6 għasafar  (kwalunkwe taħlita miż-żewġ speċi)

Fil-Carnet de Chasse u permezz tal-mowbajl fuq in-numru indikat fil-liċenzja speċjali.

Kwalunkwe taħlita miż-żewġ speċi sa massimu ta’ 10 għasafar.

It-taħrik u l-għajat tal-pluvieri u mlievez irid ikollhom ċurkett f’saqajhom li jintuża darba biss kif approvat mid-WBRU

Jekk għasfur maqbud ser jintuża bħala għajat jew taħrik, irid ikollu ċurkett f’saqajh li jintuża darba biss kif approvat mid-WBRU

Mhux aktar minn 4 mnasab għal kull liċenzjat (massimu ta’ tnejn minn dura u tnejn minn dura oħra). Huma permessi biss imnasab li ġew reġistrati mad-WBRU.

Daqs massimu ta’ 60 metri kwadri għal kull xibka. Malji mhux inqas minn 30mm.

Seba’ speċi tal-għana: Ġojjin, Gardell, Verdun, Ekra, Taż-Żebbuġ, Sponsun u Apparell

Total ta’ 10 għasafar  (kwalunkwe taħlita mis-seba’ speċi tal-għana)

Mhux aktar minn 21 tal-għana/bgħula (kwalunkwe taħlita mis-seba’ speċi iżda mhux aktar minn 7 għasafar/bgħula ta’ speċi waħda fi kwalunkwe ħin). It-taħrik/għajat irid ikollu ċurkett magħluq jew ċurkett li jintuża darba biss kif approvat mid-WBRU

L-għasafar kollha maqbuda irid jitlibbsilhom ċurkett f’saqajhom li jintuża darba biss kif approvat mid-WBRU

Daqs massimu ta’ 38 metri kwadri għal kull xibka. Malji mhux inqas minn 18mm.

Applikazzjonijiet għall-liċenzji ġenerali u liċenzji speċjali

Applikazzjonijiet għall-liċenzji ġenerali (Carnet de Chasse) u liċenzji speċjali ser jintlaqgħu mill-fergħat kollha tal-Posta f’Malta u Għawdex mill-15 ta’ Lulju sat-2 ta’ Awissu waqt il-ħinijiet tal-ftuħ. Ma jiġux aċċettati aktar applikazzjonijiet wara dan il-perjodu.

Applikanti li diġa għandhom il-liċenzja ġenerali (Carnet de Chasse) tal-insib jistgħu japplikaw għall-liċenzja speċjali tal-insib għall-għasafar tal-għana jew għall-liċenzja speċjali tal-insib tal-pluviera u malvizz, jew għaż-żewġ liċenzji speċjali. Applikanti li għad m’għandhomx il-Carnet de Chasse Għall-Insib 2014-15 huma mitluba jużaw l-istess formola tal-applikazzjoni biex japplikaw għall-liċenzja ġenerali u għall-liċenzja/i speċjali.

Il-rekwiżiti tal-applikazzjoni għal kull tip ta’ liċenzja huma spjegati hawn taħt:

Speċi

Dati tal-istaġun

Kwota individwali għal kull liċenzjat matul l-istaġun

Obbligi biex jiġi rrapportat x’jinqabad

L-ammont u tip ta’ għajat u taħrik permess

Obbligu li jintlibes ċurkett ma’ sieq l-għasfur li jinqabad

Mnasab

Xbieki

Pluviera u Malvizz

Mill-20 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2014

Total ta’ 6 għasafar  (kwalunkwe taħlita miż-żewġ speċi)

Fil-Carnet de Chasse u permezz tal-mowbajl fuq in-numru indikat fil-liċenzja speċjali.

Kwalunkwe taħlita miż-żewġ speċi sa massimu ta’ 10 għasafar.

It-taħrik u l-għajat tal-pluvieri u mlievez irid ikollhom ċurkett f’saqajhom li jintuża darba biss kif approvat mid-WBRU

Jekk għasfur maqbud ser jintuża bħala għajat jew taħrik, irid ikollu ċurkett f’saqajh li jintuża darba biss kif approvat mid-WBRU

Mhux aktar minn 4 mnasab għal kull liċenzjat (massimu ta’ tnejn minn dura u tnejn minn dura oħra). Huma permessi biss imnasab li ġew reġistrati mad-WBRU.

Daqs massimu ta’ 60 metri kwadri għal kull xibka. Malji mhux inqas minn 30mm.

Seba’ speċi tal-għana: Ġojjin, Gardell, Verdun, Ekra, Taż-Żebbuġ, Sponsun u Apparell

Total ta’ 10 għasafar  (kwalunkwe taħlita mis-seba’ speċi tal-għana)

Mhux aktar minn 21 tal-għana/bgħula (kwalunkwe taħlita mis-seba’ speċi iżda mhux aktar minn 7 għasafar/bgħula ta’ speċi waħda fi kwalunkwe ħin). It-taħrik/għajat irid ikollu ċurkett magħluq jew ċurkett li jintuża darba biss kif approvat mid-WBRU

L-għasafar kollha maqbuda irid jitlibbsilhom ċurkett f’saqajhom li jintuża darba biss kif approvat mid-WBRU

Daqs massimu ta’ 38 metri kwadri għal kull xibka. Malji mhux inqas minn 18mm.

Min jixtieq xi kjarifika jista’ jċempel lill-Wild Birds Regulation Unit fuq in-numri 23886214 / 215 mid-9am san-12:30pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow