STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U T-TWETTIQ TAL-MANIFEST ELETTORALI
B’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet imsejħa mill-Oppożizzjoni dalgħodu, il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali jirrimarka li l-proċess ta’ ppjanar għall-użu ta’ Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020 jinsab fi stadju avvanzat.
Wara li l-Gvern nieda proċess ta’ konsultazzjoni wiesa’ ma kullħadd, inkluż mal-Oppożizzjoni, issa l-Ministeru jinsab fl-aħħar stadju ta’ negozjati mal-Unjoni Ewropea sabiex jiġu ffinalizzati l-ftehim ta’ sħubija (Partnership Agreement) u l-Programmi Operattivi (Operational Programmes) għall-perjodu 2014-2020.
Il-Gvern għandu pjani ċari u proġetti konkreti ta’ kif għandhom jintużaw dawn il-fondi Ewropej fis-snin li ġejjin sabiex tikber l-ekonomija u jitkattar il-ġid.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en