MALTCO TIĊĊELEBRA L-10 SENA MIT-TWAQQIF TAGĦHA
pr141591
14/07/2014
Fl-okkażjoni tal-10 anniversarju mit-twaqqif tal-Maltco, is-Segretarju Parlamentari José Herrera qal li din il-kumpanija, sa mit-twelid tagħha f’pajjiżna, dejjem kienet storja ta’ suċċess. Illum din il-kumpanija hija opportunità ta’ impjieg għal għexieren ta’ ħaddiema u sidien tal-banek tal-lottu.
José Herrera tkellem dwar is-suċċess tal-Maltco fl-industrija tal-logħob.
Is-Segretarju Parlamentari radd ħajr lil Maltco tal-kontribuzzjoni tagħhom f’din l-industrija, li llum hija waħda mill-kontrbuturi ewlenin tal-ekonomija tagħna. Huwa radd ħajr lill-kumpanija talli temmen u tappoġġja bis-sħiħ it-twaqqif ta’ fondazzjoni għal-logħob responsabbli.
Fid-diskors tiegħu José Herrera tkellem ukoll dwar il-perikli kaġunati minn mezzi llegali li qed jikkawżaw ħsara lis-soċjetà u lill-industrija nnifisha u attivitajiet oħra tal-isport. Dan il-periklu jista’ jiġi mitigat biss jekk pajjiżna jkompli jkollu ġurisdizzjoni b’saħħitha u ta’ reputazzjoni.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en