JIBDA T-TAĦRIĠ NEĊESSARJU GĦAL 250 ĦADDIEM FL-ISPTAR BOFFA BĦALA PARTI MIT-TĦEJJIJA GĦAL MIGRAZZJONI FIĊ-ĊENTRU TAL-ONKOLOĠIJA
Fi żjara li s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne għamel lill-ħaddiema tal-isptar Boffa, huwa emfasizza l-importanza ta’ ħidma b’dedikazzjoni fi spirtu ta’ tim wieħed u magħqud, speċjalment fir-rigward l-isforz kollettiv li l-migrazzjoni lejn iċ-ċentru tal-onkoloġija ser tkun qed iġġib magħha. Huwa faħħar l-inizjattivi proattivi tagħhom immirati biex ikompli jissaħħaħ ir-riżors uman ta’ dan l-isptar u l-bini ta’ dan it-tim. “Impenn individwali lejn kawża kollettiva, huwa dak li jagħmel it-tim wieħed li jirnexxi”- sostna s-Segretarju Parlamentari Chris Fearne. Huwa nkuraġġiehom biex ikunu ta’ eżempju u jibqgħu mmotivati jorganizzaw taħriġ bħal dan. Dan jgħin sabiex il-ħaddiema jkomplu jifhmu aktar lil xulxin u jtejbu r-relazzjoni ta’ bejniethom li hi tant vitali, speċjalment fil-mumenti tant sensittivi li flimkien huma jgħaddu minnhom sabiex il-pazjenti jingħataw l-aħjar trattament f’ perjodu tant kritiku f’ħajjithom.
Chris Fearne irringrazzja l-ħaddiema tal-isptar Boffa tax-xogħol tagħhom li apparti li joffru l-kura meħtieġa, dan jagħmluh b’sens ta’ imħabba lejn il-pazjent, li f’mumenti bħal dawk il-pazjent tant japprezza.
Chris Fearne irrimarka l-kapaċitajiet dinamiċi li għandu dan il-grupp ta’ ħaddiema filwaqt li ħeġġiġhom jibqgħu ffukati fuq il-missjoni kollettiva tagħhom li ser twassal biex iċ-Ċentru tal-Onkoloġija wkoll ikun msaħħaħ b’dak li kapaċi toffri l-qalb tant dedikata u bieżla ta’ dawn il-ħaddiema.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en