Left arrow Go Back

IL-MINISTRU HELENA DALLI TISTIEDEN LILL-PARTIT NAZZJONALISTA BIEX META JKOLLU SEZZJONI LGBTI JIBGĦAT RAPPREZENTANT/A FUQ IL-KUNSILL KONSULTATTIV TAL-GVERN

pr141587
Date Icon 12/07/2014

Il-Ministru Helena Dalli indirizzat il-parteċipanti fi tmiem il-gay pride march li sar il-ġimgħa filgħaxija.
Dr Dalli irringrazzjat lill-NGOs u l-voluntiera għax-xogħol li jagħmlu tul is-sena  u għall-organizazzjoni tal-attivitajiet tal-gay pride week.

Hija tkellmet fuq ix-xogħol li sar tul din is-sena fil-qasam tad-drittijiet ta’ persuni LGBTI.  Hija qalet li tħares lejn is-socjetà mil-lenti tal-ġustizzja kemm dik soċjali u kemm dik ekonomika. Kompliet tgħid li meta ssir diskriminazzjoni kontra xi settur fis-soċjetà tkun qed tinħoloq inġustizzja soċjali u ekonomika.

Dr Dalli qalet kif illum aktar nies qegħdin jifhmu dak li wettaq il-gvern f’dan is-settur.  Ħadd ma jagħżel kif jitwieled u għaldaqstant ħadd ma jista’ jċaħħad lil ħaddiehor mid-drittijiet tiegħu jew tagħha a bażi ta’ orjentazzjoni sesswali.  Qalet li din kienet ir-raġuni għaliex il-Gvern Laburista mill-bidu nett beda x-xogħol biex jindirizza inġustizzji a bażi ta’ orjentazzjoni sesswali u identità tal-ġeneru fis-soċjetà tagħna.

Il-Ministru Dalli qalet li  x-xogħol li sar s’issa seta jsir għax hemm il-konvinzjoni li din hija t-triq it-tajba. Dr Dalli rringrazzjat lill-Prim Ministru għall-appoġġ li wera fix-xogħol li twettaq u għall-inkoraġġiment għal dak li għad irid jitwettaq.

Hija semmiet kif imiss li jitressaq fil-Parlament  l-abbozz ta’ liġi dwar l-identità tal-ġeneru. 
Hija temmet id-diskors tagħha billi stiednet lill-Partit Nazzjonalista biex kif ikollu mwaqqaf is-sezzjoni LGBTI, jibgħat rapprezentant jew rapprezentanta fuq il-kunsill konsultattiv tal-Gvern. 

Photo: WeTransfer link - http://we.tl/tX2AhtfPMy

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow