IL-KUMMISSARJU GĦAS-SIMPLIFIKAZZJONI U T-TNAQQIS FIL-BUROKRAZIJA ANOTHONY AGIUS DECELIS INIEDI L-KONFERENZA ‘EFFIĊJENZA FIL-ĦIDMA TAL-GVERN’
Il-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija s-Sur Anthony Agius Decelis, dalgħodu nieda sensiela ta’ konferenzi: ‘Effiċjenza fil-Ħidma tal-Gvern’.
L-għan ta’ dawn il-konferenzi huwa li niġbru stakeholders flimkien u nistiednu kelliema uffiċjali biex tingħata spjegazzjoni tal-għodda li jintużaw fil-ħidma tagħna bħalma huma one-in-one-out principle, sunset clauses u one-stop-shop. Kull Ministeru u Segretarju Parlamentari se jkun mistieden jagħti rendikont ta’ x’miżuri ġew fis-seħħ fil-qasam tagħhom.
L-istakeholders prinċipali se jkollhom ċans jagħmlu l-osservazzjonijiet u jressqu l-proposti tagħhom rigward is-suġġett.
Fl-ewwel konferenza li saret bis-sehem tal-kelliem uffiċjali tal-Gvern Carmelo Abela, is-Segretarju Permanenti Prinċipali s-Sur Mario Cutajar u s-Segretarju Parlamentari Dr Michael Falzon u s-Sur John Aquilina, espert f’dan ir-rigward, li ta preżentazzjoni fejn spjega l-għodda li jiġu użati.
Fl-indirizz tiegħu s-Sur Anthony Agius Decelis ħabbar l-impenn tal-uffiċċju tiegħu għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija matul din il-leġiżlatura fejn fost oħrajn elenka li dan il-gvern huwa kommess li jaqta’ l-burokrazija żejda b’25% u li b’hekk jgħin biex niġġieldu l-korruzzjoni u nagħmlu l-ħajja iktar faċli liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Enfazizza li l-korruzzjoni hija taxxa żejda li ċ-ċittadini jkollhom iħallsu, u billi lkoll niġbdu ħabel wieħed nistgħu naslu biex negħlbu dawn l-isfidi flimkien.
Apparti minn hekk, Anthony Agius Decelis semma kif dan il-gvern huwa impenjat li jsaħħaħ l-aspett ta’ governanza tal-qafas regolatorju; iwettaq simplifikazzjoni fuq l-istokk ta’ liġijiet u regolamenti eżistenti; idaħħal proċessi fuq il-flus ta’ regolamenti ġodda; itejjeb is-servizz pubbliku; u jżid l-irwol regolatorju tiegħu filwaqt li jkompli jesplora sħubija mas-settur privat u dak soċjali.
Il-Kummissarju fakkar ukoll li matul l-ewwel sena tiegħu dan il-gvern diġà ħatar Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tal-Prim Ministru b’responsabiltajiet għas-simplifikazzjoni; ħatar Kummissarju għas-simplifikazzjoni u tnaqqas tal-burokrazija bir-responsabiltajiet kollha ħalli jiffaċilità, jintegra kif ukoll jesegwixxi monitoraġġ tat-twettiq ta’ dan il-mandat; ħatar Kunsill li jiġbor fih lil kull min imexxi kumpaniji tal-gvern u l-kapijiet taċ-ċivil biex fost oħrajn titnaqqas il-burokrazija u tiżdied l-effiċjenza (liema Kunsill għandu użu kbir fl-ippjanar u implementazzjoni ta’ proġetti kbar ħalli ma jkunx hemm xogħol żejjed u doppju; nieda proċess sabiex ikun hemm tisħiħ ta’ policies, proċeduri ġodda biex iżidu l-kwalità tar-regolamentazzjoni; u nieda politika bbażata fuq appoġġ, taħriġ u kommunikazzjoni mal-istakeholders kollha fil-pajjiż. Din hi politika bbażata fuq il-prinċipju ta’ bottom-up approach fejn il-parteċipazzjoni ta’ dawk kollha involuti hija vitali u neċessarja.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en