IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA TATTENDI U TINDIRIZZA T-TNEDIJA TAS-SERVIZZI TA’ CAREMARK LI SARET FIL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX
Fuq stedina tal-Ministru għal Għawdex Dr Anton Refalo, is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana indirizzat it-tnedija ta’ dan is-servizz ġdid f’Għawdex. Dr Caruana enfasizzat li l-popolazzjoni li qiegħda tixjieħ f’pajjiżna hija realtà u dan mhux b’inqas f’Għawdex fejn din ir-realtà hija iktar akuta. Qalet kif dan il-Gvern huwa impenjat li jsaħħaħ is-servizzi għall-anzjani u jagħti servizzi ta’ kwalità speċjalment fil-komunità. Bħala Gvern li qed jippromwovi bis-sħiħ il-kunċett tal-anzjanità attiva, huwa imperattiv li l-anzjani tagħna nżommuhom fil-komunità kemm jista’ jkun u b’hekk anke nnaqqsu d-domanda fuq is-servizzi residenzjali li hija sfida ewlenija f’pajjiżna.
Justyne Caruana qalet li hija diġà kellha l-opportunità li tiltaqa’ mad-diriġenti ta’ Caremark fl-uffiċini tagħha tas-Segretarjat u kif diġà hemm kollaborazzjoni fil-qasam tas-servizzi mogħtija mill-Agenzija Sapport. Awgurat ħidma sfieqa lil Caremark fil-gżira Għawdxija b’risq l-anzjani tagħna u ħeġġet lil Caremark biex tkompli tħaddan il-mission statement tagħha ta’ kura ta’ kwalità fil-komunità.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en