STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTA’ NAZZJONALI
FILM TALJAN SER JIBDA JINĦADEM F’PAJJIŻNA DAN IX-XAHAR STESS.
L-Industrija tal-Films Maltija tkompli tagħmel suċċess. Fil-21 ta’ Lulju mistenni jibda jinħadem f’pajjiżna film Taljan, bl-isem ta’ ‘Andron’. Dan il-film mistenni jiġġenera aktar flus li minnu ser tiggwadanja l-ekonomija Maltija. Il-film ser juża wkoll kumpaniji u ħaddiema Maltin.
L-aħbar ta’ dan il-film waslet hekk kif delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Ministru Manuel Mallia akkumpanjat miċ-Chief of Staff tal-Ministeru Silvio Scerri u l-Kummissarju tal-Films Engelbert Grech, wara stedina li saritilha, bħalissa qegħda fuq żjara CineCitta’ biex tkompli ssaħħaħ l-Industrija tal-Films f’pajjiżna.
Waqt din iż-żjara, id-delegazzjoni Maltija ltaqgħet ma’ Giuseppe Basso u Cristina Giubetti li huma uffiċjali għolja f’Cinecitta’. Waqt din iż-żjara, saru diskussjonijiet dwar studji li jistgħu jsiru biex f’pajjiżna jkollna soundstage li jibbenefika u jkompli jkattar l-Industrija tal-Films f’pajjiżna, hekk kif Cinecitta’ għandha l-akbar soundstage fl-Ewropa.
Il-Ministru Mallia qal li t-tir ta’ dan il-Gvern hu li jagħmel soundstage realta’ f’pajjiżna għax jemmen li mingħajru l-Industrija tal-Films f’pajjiżna ser tibqa’ taffaċja ostakli biex verament tikber.
Illejla l-Ministru Manuel Mallia mistieden għall-attivita’ f’Cinecitta’ li għaliha ser jattendi wkoll il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi.
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en